Wednesday, December 25, 2024

“Putin qed jeqred il-futur ta’ pajjiżu stess” – Ursula von der Leyen

Aqra wkoll

“Putin beda l-pjan tiegħu bil-għan li jeqred lill-Ukrajna. Imma dak li qed jagħmel hu wkoll, fil-fatt, qed jeqred il-futur ta’ pajjiżu stess.”

Hekk qalet il-President tal-Kummissjoni Ewropea, Ursula von der Leyen fl-indirizz tagħha fejn ipproponiet diversi miżuri lill-mexxejja Ewropej. Fost l-oħrajn ipproponiet biex għadd ta’ banek Russi jitneħħew mis-sistema Swift.

Innotat kif ftit kilometri biss mill-fruntiera tal-Lvant tal-UE, l-armata Russa qed twettaq dawk li ddeskriviet bħala azzjonijiet barbari. 

“Qed tibbumbardja u tispara missili, u dan qed iwassal biex jinqatlu nies innoċenti. Fl-istess ħin, id-dinja kollha qed tara r-reżistenza determinata u kuraġġuża mill-armata u l-popolazzjoni Ukrajna,” qalet Von der Leyen.

Żiedet tgħid: “Hekk kif il-forzi Russi iniedu l-attakk tagħhom fuq Kiev u bliet oħra tal-Ukrajna, aħna determinati li nkomplu nimponu sanzjonijiet enormi fuq ir-Russja, sanzjonijiet li se jkomplu jiżolaw lir-Russja mis-sistema finanzjarja internazzjonali u l-ekonomiji tagħna.”

Ekonomija

Sport