Il-President tal-Istati Uniti Donald Trump qal li “Putin qiegħed jiġġennen” hekk kif fi tmiem il-ġimgħa li għaddiet ir-Russja wettqet diversi attakki mill-ajru fuq l-Ukranja.
“Dejjem kelli relazzjoni tajba mal-President Russu Vladimir Putin, iżda dan żgur ġralu xi ħaġa… dan iġennen,” qal Trump meta kien qiegħed jagħti kummenti lill-midja dwar l-aħħar żviluppi dwar il-gwerra bejn ir-Russja u l-Ukranja.
Bejn il-lejl tas-Sibt u l-Ħadd, ir-Russa wettqet 367 attakk permezz tad-drones fuq l-Ukranja… l-akbar ammont ta’ attakki li qatt seħħew s’issa.
Matul il-lejl li għadda r-Russja kompliet għaddejja bl-attakki tagħha, iżda ftit inqas intensi mill-lejl ta’ qabel.
Dwar il-President Ukren, Trump ukoll kellu kliem ta’ kritika. Qal li kull kelma li toħroġ minn ħalqu “qed toħloq il-problemi… mhux toġobni s-sitwazzjoni u jaqbillu jieqaf iparla.”