Wednesday, December 25, 2024

“Putin qiegħed jibgħat tfal għall-gwerra daqslikieku kienu biċċa laħam”

Zelensky isostni li Putin jista' jitlef il-poter jekk il-komunità Russa tiftaħ għajnejha

Aqra wkoll

F’intervista ma’ BBC, il-President Ukren Zelensky qal li l-akbar biża’ tal-President Russu mhix meta jew jekk huwiex fi stat li juża l-armi nukleari.

Rigward jekk jemminx li r-Russi jinsabux fi stat li kapaċi jużaw l-armi nukleari, Zelensky qal li huwa perikoluż titkellem dwar is-suġġett għax jekk tgħid li mhumiex jaf ikun hemm min kapaċi juri lid-dinja mod ieħor, filwaqt li jekk jgħid li iva, allura jaf ikollok pajjiżi sħaħ fosthom l-Ukreni li jinħakmu minn biżgħat.

Huwa żied jgħid li l-akbar biża’ ta’ Putin hija li niesu stess jwarrbuh u jtellfuh il-poter u jgħadduh lil xi ħadd ieħor. Zelensky qal li l-komunità Russa għandha tagħmel eżami tal-kuxjenza dwar dak li għaddej, b’ħafna tfal jintbagħtu għall-gwerra mingħajr armi jew ilbies protettiv daqslikieku kienu biċċa laħam għal fuq il-barbecue. Sostna li jekk iridu jkomplu jinxtwew f’idejhom imma jemmen li jridu jkunu huma li jiġġieldu għalihom infushom. “Bħala Ukreni m’għandniex bżonnhom jiġġieldu għalina, iżda nemmen li għandhon jiġġieldu l-ġlieda tagħhom kontra l-qtil ta’ dawn it-tfal”, kompla l-President Ukren.

Mistoqsi dwar jekk jirbaħ hu x’se jiġri minn Putin jew jekk huwiex se jħallih jgħix, Zelensky wieġeb li ma jimpurtahx.

Ekonomija

Sport