Saturday, December 21, 2024

Qabbduh jaqla musmar tal-azzar u spiċċa b’diżabilità ta’ 27% f’għajnejh

Aqra wkoll

Ħaddiem li kien qed jaħdem fil-faċilità tal-Wasteserv f’TalKus fix-Xewkija Għawdex
spiċċa b’diżabilità ta’ 27% f’għajnejh meta tqabbad biex jaqla’ żewġ imsiemer tal-azzar. Il-Qorti tal-Appell bidlet is-sentenza tal-ewwel qorti u dan billi waqt li tikkonferma li Joseph Cordina sofra diżabbiltà permanenti f’għajnu l-leminija, tvarjaha billi illikwidat d-danni ta’ €59,134.91, li jitħallsu mill-Wasteserv u
minn dak li qabbdu jaqla l-imsiemer.

Il-każ imur lura għat-8 ta’ Diċembru tas-sena 2015, meta l-ħaddiem tqabbad jaqla’ żewġ imsiemer tal-azzar li kienu mwaħħlin fl-art fl-impjant u waqt li kien qiegħed jagħmel dan skont l-istruzzjonijiet li ngħata minn Mario Bonnici, musmar minnhom tar u laqat lill-ħaddiem f’għajnu.

Il-ħaddiem sostna li minħabba dan l-inċident hu ġarrab feriti gravi f’għajnu l-leminija li ħallietu ibati minn diżabbiltà permanenti. Il-ħaddiem saħaq li l-inċident seħħ b’tort, b’negli­ġenza, imperizja u nuqqas ta’ tħaris tar-regolamenti tassaħħa u sigurtà fuq il-post tax-xogħol.

Minkejja li sejjaħ lill-Wasteserv u lil Bonnici biex jersqu għal-likwidazzjoni u l-ħlas tad-danni kollha mġarrba minnu, dan kien kollu ta’ xejn u minħabba dan kellu jiftaħ kawża għaddanni. Il-Wasteserv argumentat li hi mhix responsabbli għallin­ċident inkwistjoni għax filħin tal-inċident Joseph Cordina kien qiegħed isuq skid
steer loader u kien imqabbad, assistit u sorveljat mill-kuntratturi, u mill-konsorzju preċitat u bl-ebda mod il-Wasteserv ma kellha sehem u ma kellhiex x’taqsam assolutament mal-inċident.

Qalet li l-ħaddiem minn jeddu jew għax dirett minn Mario Bonnici jew mill-konsorzju, għamel użu minn skid steer loader biex jaqla’ żewġ imsiemer
li kienu mwaħħlin f’rampa tal-konkos, meta huwa minn ewl id-dinja, in materja tassengħa u t-teknika, li mhux il-mod idoneju li jintuża skid steer loader biex jitneħħew l-imsiemer.

L-ewwel Qorti kienet iddeċidiet li l-kumpanija Wasteserv Malta Limited mhix responsabbli għall-inċident fl-impjant tagħha fixXewkija, Għawdex u sabet li
Mario Bonnici jaħti għal nof mid-danni mġarrbin millħaddiem bħala riżultat tal-inċident. Kienet iddeċidiet li l-ħaddiem jaħti għan-nofs lieħor, minħabba l-kontributrjetà għal dak li ġralu.

L-ewwel Qorti kienet stabbiliet is-somma ta’ €47,145.69 bħala kumpens u ikkundannat lil Mario Bonnici jħallas din issomma, flimkien mal-imgħax legali fuq l-imsemmija somma. L-ewwel Qorti waslet għal din id-deċiżjoni peress li
l-ħaddiem kien impjegat bħala “sorter” fl-impjant taliskart f’Tal-Qortin, ix-Xagħra,
Għawdex.

Hu kien qal li kien intbagħat fl-impjant tal-Kus, fix-Xewkija. Hemmhekk kien
hemm Mario Bonnici fejn dan tah struzzjonijiet biex jaqla’ żewġ imsiemer li kienu
qed jisporġu minn ġol-konkos mal-art. Jgħid li Bonnici qallu biex juża l-gaffa u li
kien se jurih hu kif jaqlagħhom. Ikompli jgħid li huwa għamel kif ordnat u filwaqt li l-ewwel musmar inqala’ mingħajr problemi, it-tieni wieħed tar u daħal f’għajnejh illeminija.

Dan l-inċident wassal biex huwa ġarrab ħsara f’għajnejh u minkejja l-interventi kirurġiċi li sarulu l-vista baqgħet ħażina.” Irriżulta li l-ħaddiem ittieħed l-isptar fejn sarlu intervent kirurġiku minn Dr Ivan Vella. Wara dan l-intervent il-vista baqgħet ħażina u hu irrikorra għand il-Profs. Thomas Fenech biex jieħu opinjoni indipendenti.

Kellu jagħmel operazzjoni oħra f’Awwissu tas-sena 2016. IlProfs. Fenech kien qallu li din kienet l-aħħar operazzjoni li setgħet issir. L-espert oftalmologu mqabbad mill-Qorti Benedict Vella Briffa kkonkluda li l-ħaddiem qed ibati minn diżabilità f’għajnejh ta’ 27%.

Il-Qorti osservat li ma hemm ebda forma ta’ ‘strict liability’ li tpoġġi lil min
iħaddem f’qagħda li jkollu ta’ bilfors jagħmel tajjeb għall-korriment li jkun seħħ
fuq il-post tax-xogħol. Fejn jidħlu inċidenti bħal dawn, meta persuna tkorri waqt
il-qadi ta’ dmirijietha, il-prova tar-responsabbiltà ta’ dak li ġara xorta taqa’ fuq il-ħaddiem.

Il-fatt waħdu li persuna tkorri fuq il-post tax-xogħol, ma jfissirx li min iħaddem
għandu bilfors iġorr ir-responsabbiltà għal dak li ġara, jew li l-persuna li korriet
teħles mill-ħtieġa li tipprova l-allegazzjoni tagħħa. Dan peress li l-prinċipju jibqa’ li
min jallega jrid jipprova.

Dak li kellu jipprova l-attur huwa li dak li seħħ kien konsegwenza ta’ xi aġir jew xi
nuqqas tal-Wasteserv u ta’ Bonnici. Mis-sentenza jintqal li “għalkemm sar Incident Investigation Report mill-Health and Safety Officer talkumpanija, wara l-inċident
ma rriżultax li sar xi risk assessment biex jiġu identifikati u evalwati r-riskji u l-perikli marbuta max-xogħol qabel ma ntbagħtu l-ħaddiema talkumpanija fuq il-lant taxxogħol il-ġdid.

Għalkemm irriżulta li normalment kien isir ir-risk assessment b’rabta max-xogħol tal-ħaddiema, madankollu ma kellhomx safety officer fuq issit.

Ekonomija

Sport