Sunday, December 22, 2024

Qabda oħra kbira ta’ droga mid-Dwana fil-Port Ħieles

Aqra wkoll

Xejn inqas minn 610 kilogrammi kokaina nstabu moħbija f’kaxxi tal-banana waqt spezzjonijiet li għamlu uffiċjali tad-Dwana stazzjonati fil-Port Ħieles. Din il-qabda ta’ droga tammonta għal €100.6 miljun li kieku kellha tinbigħ fis-suq.

B’kollox f’dawn il-kaxxi nstabu 610 pakketti ta’ droga kokaina, li jiżnu kilogramma kull waħda. Il-kontejner inkwistjoni ġie ċċekkjat mit-Taqsima ta’ Moniteraġġ tad-Dwana wara analiżi bir-reqqa tal-kontejners li jgħaddu mill-Port Ħieles.

Il-kontejner telaq minn Guayaquil fl-Ekwador u kien fi triqtu lejn Batumi fil-Ġorġja. L-uffiċjali tad-Dwana, flimkien ma’ membri mill-Iskwadra ta’ Kontra d-Droga tal-Pulizija fetħu dan il-kontejner u spezzjonaw il-kaxxi waħda waħda.

Wara li ġiet elevata d-droga, il-każ għadda f’idejn il-Korp tal-Pulizija għal aktar investigazzjonijiet. Il-Maġistrat Monica Vella qiegħda tmexxi l-inkjesta.

Fl-aħħar erba’ snin, id-Dwana qabet ‘il fuq minn 5,000 kilogramma ta’ droga kokaina li huma maqsuma kif ġej: 750kg fi 13-il qabdiet differenti fl-2019, 612-il kg f’qabda waħda fl-2020, 740kg ukoll f’qabda waħda l-2021 u 800kg, rekord ta’ 1,494kg u l-aħħar qabda ta’ 610kg fl-2022.

Ekonomija

Sport