Saturday, September 14, 2024

Qabda ta’ 30 Kilo Kokaina f’konsenja ta’ karawett fi triqitha lejn Spanja

Aqra wkoll

Uffiċjali tad-Dwana qabdu madwar 30 kilo kokaina fil-Port Ħieles.

Fi stqarrija maħruġa d-Dwana qalet li d-droga nstabet moħbija f’kontenitur li kien fih pakketti tal-karawett fejn b’kollox, instabu 30 blokka bil-kokaina.

Id-droga nstabet f’kontejner tal-40 pied li telaq min-Nicaragua u kien fi triqtu lejn Valencia.

Id-Dwana għaddiet il-każ lill-Iskwadra tal-Pulizija ta’ Kontra d-Droga għal aktar stħarriġ, filwaqt li nfetħet ukoll inkjesta mill-Maġistrat Nadine Lia.

Ekonomija

Sport