F’operazzjoni konġunta bejn l-uffiċjali tad-Dwana mit-Taqsima ta’ Kontra l-Ħasil tal-flus u l-K-9 Unit instabu €13,690 fi flus kontanti mhux dikjarati. Il-flus instabu fuq passiġġier fid-Departures tal-Ajruport Internazzjonali ta’ Malta li kien se jirkeb titjira ta’ ripatrijazzjoni lejn l-Albanija. Jidher li kienu żewġt iklieb tat-Taqsima tal-K-9 li qanqlu suspett fil-passiġġier.
Il-liġi Ewroepa u dik nazzjonali tobbliga lil passiġġieri biex jiddikjaraw ammont ta’ flus kontanti li jaqbeż l-€10,000 mal-wasla, tluq jew tranżitu minn Malta.