Wednesday, December 25, 2024

Qabża fl-Isports f’katina għall-benesseri tas-soċjetà

Aqra wkoll

“Fuq livell sportiv, il-manifest tal-Partit Laburista huwa msejjes fuq viżjoni ċara ta’ fejn rridu naslu. L-isport, flimkien mas-saħħa, l-edukazzjoni, u n-nutrizzjoni huma ħoloq ta’ l-istess katina li jiddeterminaw il-benesseri tagħna bħala soċjeta’.”

Kien dan il-messaġġ ewlieni tad-Deputat Mexxej tal-Partit Laburista, Daniel Micallef waqt laqgħa bejn l-Amministrazzjoni tal-Partit Laburista u l-Assoċċjazzjoni Maltija tal-futbol f’Ta’ Qali.

Micallef sostna kif l-isport irid jibqa’  prijorita’ mhux bil-kliem biss iżda bil-fatti. It-talent u d-direzzjoni ċara qegħdin hemmhekk. Irridu nkomplu nibnu u ntejjbu fuq il-bażi soda li diġa teżisti f’diversi dixxiplini, inkluz fil-futbol. Il-Partit Laburista huwa kommess li jsaħħaħ il-qafas legali biex jiffaċilita l-operazzjonijiet sportivi filwaqt li jkompli jinċentiva u jirrikonoxxi l-isportivi u dawk li jaħdmu fl-oqsma sportivi.

Il-President tal-Assoċċjazzjoni Maltija tal-futbol, Bjorn Vassallo faħħar ir-relazzjoni tajba li hemm bejn Gvern Laburista u l-MFA. “Ħdimna ħafna fuq diversi temi li aħna proponejna u l-Gvern laqa’ b’idejh miftuħa.” Huwa ppreżenta wkoll strateġija u proposti ġodda għas-snin li ġejjin, bi wħud minnhom diġa beda x-xogħol fuqhom bl-appogg politiku u finanzjarju ta’ Gvern Laburista.

Jakkumpanjaw lid-Deputat Mexxej tal-Partit Laburista kien hemm il-Ministru Clifton Grima, is-Segretarju Parlamentari Chris Agius, id-Deputat Jean-Claude Micallef u l-kandidati, Chris Bonett u Herbert Conti.

Ekonomija

Sport