Monday, December 23, 2024

“Qalbna maqsuma bit-telfa tiegħu… kien ilu snin f’Malta”

Identifikat l-aħħar vittma ta' inċident f'sit ta' kostruzzjoni f'Ta' Xbiex

Aqra wkoll

Hayrettin Kök huwa l-aħħar vittma ta’ inċident f’sit ta’ kostruzzjoni f’Ta’ Xbiex.

Fost ħbieb li sellmu l-memorja tiegħu kien hemm dawk li qalu li jinsabu ferm imnikktin bl-aħbar tat-telfa tiegħu. 

Mustafa Keleş kien fost dawk li sellem il-memorja tiegħu fuq il-midja soċjali u kiteb li l-vittma kien ilu snin jgħix f’pajjiżna.

Il-każ seħħ ilbieraħ għall-ħabta 6:00 p.m f’sit ta’ kostruzzjoni fi Triq Testaferrata kantuniera ma’ Triq Enrico Mizzi, Ta’ Xbiex. 

Minn stħarriġ illi sar irriżulta li raġel Tork ta’ 49 sena residenti Tas-Sliema waqa’ madwar tliet sulari ġo xaft waqt li kien qed jaħdem. 

Fuq il-post issejħu l-membri tal-Protezzjoni Ċivili u tim mediku sabiex jassistu, u ambulanza ħadet lir-raġel l-Isptar Mater Dei għall-kura meħtieġa, iżda sfortunatament ir-raġel ġie ċċertifikat mejjet ftit tal-ħin wara. 

Il-Maġistrat tal-Għassa Dr Astrid May Grima ġiet infurmata bil-każ u ħatret inkjesta. 

Ekonomija

Sport