Monday, May 13, 2024

“Qaluli li se joħoduni l-Isptar, minflok xeħtuni għal mejjet fit-triq”

Aqra wkoll

Aktar kmieni llum, Caroline Galea marret iżżur lil Jaiteh Lamin fl-Isptar Mater Dei wara li lbieraħ sabitu mixħut fl-art fil-Mellieħa. 

Galea qalet li r-raġel mill-Ghana li għandu 32 sena allegatment tħalla hemmhekk għal mejjet wara li waqa’ madwar żewġ sulari għoli minn sit ta’ kostruzzjoni. Skont ir-raġel, uħud mill-ħaddiema tal-kuntrattur allegatment qabdu lil Jaiteh u abbewh fil-vann u qalulu li kienu se jiħduh l-Isptar iżda minflok spiċċaw ħallew fi Triq kwieta fil-Mellieħa.

Galea kompliet tgħid li l-barrani bid-dmugħ f’għajnejh irringrazzja lil dawk kollha involuti u ammetta li ħass li kien se jitħalla jmut hemmhekk.

Il-barrani fetaħ qalbu mal-mara u qal li hu jinsab inkwetat għax irid imantni mhux biss lil martu u liż-żewġt uliedu, iżda anke lil ommu minħabba li missieru huwa mejjet ukoll. Din għalih se tkun problema minħabba li għandu perjodu ta’ żmien li se jkun impossibbli għalih li jaħdem.

Il-ħidma ta’ Caroline ma waqfitx hemm għax kif spjegat hi stess, minn hawn u ftit tal-ħin ieħor se jkun qiegħed jinfetaħ kont b’kollaborazzjoni ma’ Victim Support Malta biex ir-raġel jiġi megħjun ikampa f’din is-sitwazzjoni li sab fiha.

Sport