Thursday, December 26, 2024

“Qasamli qalbi tifel żgħir li tajtu ħelwa u qalli pa… ommu qaltli li missieru mhux se jarah aktar”

Victor Vella
Victor Vella
Ġurnalist

Aqra wkoll

Mindu faqqgħet il-gwerra fl-Ukrajna bl-invażjoni tar-Russja minn diversi bnadi, Ronnie Agius, Malti min-Naxxar li jmexxi lukanda f’Siret fir-Rumanija, liema lukanda tinsab biss ħames minuti bogħod mill-fruntiera, ra quddiem wiċċu esperjenzi ‘tal-biki’. Sitwazzjonijiet li qasmulu qalbu u litteralment ħallewh bla kliem. F’temp ta’ ftit jiem, Ronnie permezz tal-lukanda tiegħu ta kenn lil madwar 1,300 refuġjat. Ronnie mhux biss ħa ħsieb li jipprovdi kenn li dawn ir-refuġjati, imma kien anke hu stess li midd idejh biex iservihom fost dawn billi anke jagħti ħelu lit-tfal biex iferraħhom ftit. U kien proprju hawn li Ronnie iltaqa’ mal-aktar esperjenza li qasmitlu qalbu.

Meta tkellem ma’ Talk.mt fl-aħħar sigħat, qalilna li “kien hemm esperjenza li qasmitu qalbi f’għoxrin biċċa. Tifel żgħir li bħal oħrajn mort intih il-ħelu biex inferrħu ftit. Dan it-tifel ċkejken kif tajtu l-ħelu dar fuqi u qalli pa. Ommu, li forsi kellha dawk it-23 sena, ħarset lejja u qabdet tibki. Tolfoq qaltli li dan it-tifel lil missieru mhux se jerġa’ jarah. Dan għax kien wieħed minn tal-ewwel li mar għall-gwerra”.

Ix-xeni li wieħed jara ‘The Frontier Hotel’, il-lukanda immexxija minn Ronnie Agius, hi waħda umana għall-aħħar. Refuġjati Ukreni, jingħataw kenn f’din il-lukanda. Jiġu pprovduti b’ikel u xorb. Dan wara l-esperjenza trawmatika li għadd ta’ familji għaddew minnha u dan meta kellhom iħallu kollox warajhom, fosthom lil żwieġhom u lil darhom biex isibu kenn f’pajjiż ieħor. Lil Ronnie issibu idur ikellem lir-refuġjati u jgħannaq lit-tfal. Kien proprju lejlet li bdiet l-invażjoni li hu irritorna malajr lejn ir-Rumanija biex ikun preżenti waqt l-influss ta’ refuġjati. Ma jistax wieħed ma jinnotax minn filmati ta’ dak li kien qed jiġri fil-lukanda, l-umanità ta’ Ronnie b’mod partikolari mat-tfal.

Meta tkellem ma’ Talk.mt, Ronnie Agius qalilna li “aħna konna l-ewwel lukanda li bdejna nilqgħu ir-refuġjati. Ninsabu biss ħames minuti bogħod mill-fruntiera. Meta żvolġiet il-gwerra ġiet qisha doċċa kiesħa. Dakinhar eżatt fl-ewwel sigħat ma kien hemm organizzazzjoni ta’ xejn. Allura kif bdew jaqsmu l-fruntiera kollha bdew ġejjin hawn. Tajniehom jieklu u jixorbu. Kien qed ikollna madwar 50 refuġjat kull lejl. Għamilna bejn tlieta u erbat ijiem f’din is-sitwazzjoni. Imbagħad bdew jorganizzaw ruħhom. Bdew ġejjin minn kull pajjiż. Il-lukanda mtliet minn ġurnalisti u ambaxxaturi u bdew jorganizzawlhom ikel u anke vannijiet. Bdew jiġu n-nies u bdew jagħmlu l-kampijiet.”

Saħaq li “issa qed nerġa’ nistenna influss ieħor ta’ refuġjati għax ħdejn il-fruntiera tal-Polonja saru bumbardamenti u n-nies qed jibżgħu jmorru dik in-naħa u issa qed jigu ‘l hawn. Kellna ukoll bumbardamenti qrib ta’ hawn ukoll man-naħa Rumena.”

Jien daqsxejn imbeżża’

Ronnie jgħidilna ukoll li “jien daqxejn imbeżża għax għandi l-familja Malta. Normalment jien niġi hawn nagħmel ġimagħtejn u ninżel. Esperjenzajt sitwazzjonijiet tal-biki. Nisa li ħallew lil żwieġhgom warajhom. Xjuħ li qat tma iċċaqilqu spiċċat kellhom jitilqu minn djarhom u ma jafux fejn se jmorru. Kien hawn sitwazzjonijiet tal-biki. Dawn ir-refuġjati ħafna minnhom kienu nies li jaqilgħuha u jikluha. Hemm familji Maltin li ukoll aċċettaw li jieħdu xi refuġjati. Bgħatna xi tlett familji. Għamilna minn kollox għal dawn ir-refuġjati. Ħadt saħħti għax kien hemm iljieli li rqadt xi tliet sigħat biss. Irrid nirringrazzja lill-Ambaxxatur Malti għar-Rumanija, Lino Bianco li immedjatament ċempilli u offra l-assistenza li kien hemm bżonn.”

Ekonomija

Sport