Monday, December 23, 2024

Qassis b’allegazzjoni ta’ b’abbuż fuq minorenni… il-parruċċani jagħtuh l-appoġġ u jinżlu fit-triq

Brian Gatt
Brian Gatt
Ġurnalist

Aqra wkoll

Dak li ġara f’Chicago fl-aħħar jiem mhux xi ħaġa komuni li tiġri. Qassis b’allegazzjoni li abbuża minn minorenni isib appoġġ minn għadd ta’ parruċċani. L-appoġġ imma ma baqax mistur jew bejn erba’ ħitan imma ħareġ fil-pubbliku. Dan hekk kif għadd ta’ parruċċani, niżlu fit-toroq b’appoġġ għal dan il-qassis. 

Il-qassis li fuqu hemm l-allegazzjonijiet hu Fr Michael Pfleger.  Il-Kardianl Blase Cupich f’ittra li bagħat lill-parroċċa li fiha iservi Fr Pfleger intqal li l-qassis mhux se jibqa’ jservi wara li hemm dawn l-allegazzjonijiet fuqu. L-allegazzjoni huma dwar abbuż sesswali fuq minuri.

Il-qassis wieġeb għal dan u ddikjara li “ma nistax nirrispondi l-mijiet ta’ imejls li intbagħtuli.  Ninab imkissser. Irrabjat. Imweġġgħa.  Imma fuq kollox jien persuna li nemmen f’Alla.  Itolbu għalija. Ġejt infurmat mid-Djoċesi biex ma nitkellimx. Itolbu għal persuna li qed tissemma’ fl-allegazzjoni”.

Il-Kardinal Cupich qal li l-allegazzjoni ma ġiet ippruvata jekk hux veru jew le.”

Minn naħa tagħha l-komunità, f’komunikat li ħarġet qalu li “nemmnu li dawn l-allegazzjonijiet huma infondati.  Qegħdin wara l-integrità, il-passjoni u l-ħimda li kien iwettaq Fr Michael Pfelger. Nifhmu li hemm proċess u protokoll għall-Arċidjoċesi ta’ Chicago u aħna se nikkoperaw.  Nemmnu imma Fr Pfleger se jkun eżonnerat mill-akkużi kollha”.

Fr Pfleger għandu 71 sena.

Ekonomija

Sport