Illum, it-28 ta’ Lulju, jiċċelebra l-94 sena tiegħu l-personaġġ maħbub Malti, Ġorġ Agius, magħruf aħjar bħala Ġorġ l-għannej tal-Mulej.
Ġorġ seraq qalb il-poplu Malti hu u jterraq fil-kurituri tal-Isptarijiet ifarraġ lill-pazjenti bit-taqbil spirtupront tiegħu għal għexieren ta’ snin.
Ġorġ, illum il-ġurnata jinsab rikoverat fir-residenza ta’ San Vinċenz fejn kif mistenni, sa mill-ewwel ġurnata li rifes il-post bidel il-ħajja ta’ bosta residenti bil-karattru simpatiku tiegħu.