Saturday, November 23, 2024

“Qatt ma rajt Pulizija Maltin jagħtu fastidju persuni suwed” – Immigrant Eritrean li minn Malta kien intbagħat l-Istati Uniti

Brian Gatt
Brian Gatt
Ġurnalist

Aqra wkoll

Miktub minn VICTOR VELLA

Fl-aħħar sigħat komplew il-protesti u l-manifestazzjonijiet b’rabta mal-qtil tal-Afrikan Amerikan George Floyd, il-persuna li miet wara li Pulizija  poġġa irkopptejh fuq għonqu għal madwar tmien minuti. Il-manifestazzjonijiet ma baqgħux marbutin mal-Istati Uniti imma nfirxu madwar id-dinja kollha inkluż fl-Ewropa.

Dan is-sit tkellem ma’ Aman Tekeste, immigrant Eritrean,  li llum jgħix f’North Carolina. Hu iżda għamel xi snin jgħix f’pajjiżna, wara li kien ġie salvat mill-Forzi Armati ta’ Malta flimkien ma’ għadd ta’ immigranti oħra.

Mistoqsi dwar l-aħħar każ li seħħ, Aman jgħidilna li “dan hu żmien terribbli li qegħdin ngħixu. Il-mewt ta’ George Floyd, ħalliet effett fuq ħafna nies”.

Jenfasizza li “ħafna u ħafna nies huma rrabbjati.  B’hekk qegħdin isiru dawn il-protesti u manifestazzjonijet fl-istati kollha tal-Istati Uniti. Il-protesti bdew b’mod paċifiku u mingħajr inkwiet imma imbagħad inbidlu għal protesti vjolenti. Bdejna naraw xeni ta’ protestanti jkissru ħwienet, karozzi u proprjetajiet pubbliċi.” 

Dwar is-sitwazzjoni ta’ immigranti Afrikani li marru l-Istati Uniti minn Malta u jekk ġewx affettwati minn dak li għaddej, Aman qalilna li “ma naħsibx li dak li għaddej affettwa  lill-immigranti Afrikani li ġew minn Malta. Irrid ngħid imma li hawn diskriminazzjoni abbażi tal-kulur tal-ġilda. Hawn jekk tkun persuna ta’ ġilda skura, għandek riskju akbar li tispiċċa vittma, anke tal-Pulizija. Jien personali ma esperjenzajtx diskriminazzjoni. Biss fuq il-midja soċjali smajt b’razziżmu. Rajt anke kummenti razzisti fuq il-midja soċjali”.

“Ngħid li r-razziżmu jinsab kullimkien, kull fejn tmur. L-istess bħal f’kull post li tmur issib nies li jgħinuk. Jekk ikolli nitkellem fuq il-Pulizija Maltija ngħid li jien qatt ma rajthom jaqbdu jew jagħtu fastidju persuni suwed”, jiddikjara Aman.

Sport