Saturday, December 28, 2024

“Qatt m’għaddietli minn rasi li nirfes fl-Isptar Monte Carmeli … tkellmu, tibqgħux magħluqin u waħedkom”

... id-DJ Ryan Spiteri

Victor Vella
Victor Vella
Ġurnalist

Aqra wkoll

“X’qed jiġri?”. Din hi domanda li ħafna qegħdin jistaqsuha fejn tidħol is-saħħa mentali. Hemm min jgħidlek id-dinja saret mgħaġġla wisq. “Qiegħed ikun hawn wisq problemi personali.” “Saret diffiċli tlaħħaq mal-pass tal-ħajja.” Oħrajn jgħidulek kulħadd b’mezzi biex jikkomunika bħal mowbajls u internet u sirna aktar individwali. Sirna aktar waħedna”.

IT-TORĊA tkellmet mad-DJ Ryan Spiteri, li ddikjara bla tlaqlieq li l-messaġġ tiegħu hu dak li min għaddej minn problema jitkellem u jfittex l-għajnuna. Jisħaq li “sentejn ilu kont għaddej minn sitwazzjoni diffiċli. Irrid inwassal messaġġ billi nsemmi dak li għaddejt minnu jien stess.  Meta jiena kont ħażin ħafna nies ħadu ħafna gost li rawni f’mument ta’ diffikulta. Hemm min għajjarni meta kont l-isptar u hemm oħrajn fejn għajjruni li kont se nieħu ċertu pass. Għandi screenshots fejn jidher ċar li kien hemm group chat qed jitmejlu bejniethom b’dak li ġara lili u qed jivvintaw ħafna affarijiet fuqi.  Qed isiru ħafna suwiċidji. Jista’ jkun kulħadd li jkun għaddej minn perjodu ħażin ġo ħajtu. It-tbatijiet ta’ kulħadd huma differenti.  Min qed jaqra dan il-messaġġ u jixtieq ikellimni tiddejqu xejn. Naf li bħalissa qed tara dlam biss u m’int tara xejn quddiemek. Sfortunatament il-moħħ jilgħab ħafna bina u jġiegħlek tħossok li int waħdek,  li m’hemmx triq kif toħroġ minn dik is-sitwazzjoni,  li ħadd ma jħobbok. Allaħares ngħidilkom kemm-il darba ħassejtni hekk. Imma dik ma tkunx ir-realtà. Kultant ma nirraġunawx kif suppost għax inkunu emozzjonati. Għalhekk importanti li meta tħossok hekk, titkellem. Hawn ħafna min iħobbok u ħa jgħinek. Kuraġġ, tkellem. Ejja ħa tieħu saħħtek lura”.

Ryan jgħid lil IT-TORĊA li “ikellmuni ħafna nies. Hawn ħafna li qegħdin ibatu. Jien ma’ kont nitkellem ma’ ħadd.  Qatt m’għaddietli minn rasi li kont se nirfes l-għatba ta’ l-isptar Monte Carmeli.”

Jirrakkonta li “darba kelli każ li kien seħħ waqt li kont indoqq. Għajtuli li kien hemm wieħed irid ikellimni. Għedtlu sekonda waħda ħa naqleb diska. Mort ħdejh u talabni biex ritratt. Kien qalli li kienet telqitu l-mara u kelli ħafna problemi. Jiltaqa’ miegħi xi sentejn wara. Ftakartu.  Qalli qed ngħix ħajti. Dak ir-ritratt li ħadt miegħek imlieni bil-kuraġġ u ma stajtx nemmen li ħadt ir-ritratt.  Qed ngħix normali. Kien qalli li għax semplicilment ħadt ritratt miegħek dakinhar tgħidx kemm kont kuntent u ma immaġinajtux. Jien m’għamilt xejn ta’ barra minn hawn imma għal dan ir-raġel dak ir-ritratt kien importanti”, jgħidilna Ryan Spiteri.

Ekonomija

Sport