Wednesday, September 10, 2025

‘Qatt m’għandek taqta’ qalbek … fil-futbol trid tagħmel ħafna sagrifiċċji peró fih ħafna sodisfazzjon għaliex iżommok b’saħħtek u tagħmel ħafna ħbieb’ – Ryan Cauchi

Aqra wkoll

Minn Cristian Muscat

Kif bdiet l-imħabba tiegħek lejn il-futbol?

L-imħabba tiegħi għall-futbol bdiet minn etá żgħira ta’ sitt snin fejn bdejt nittrenja mat-tim ta’ Qormi FC.

Iddeskrivi l-esperjenza tiegħek ma’ Zejtun Corinthians FC sa issa, fejn int ukoll il-captain tat-tim.

L-esperjenza tiegħi ma’ Zejtun Corinthians FC hi waħda sabiħa fejn b’kollox ħa nibda s-seba’ staġun tiegħi mal-klabb, u bħala captain tat-tim nipprova dejjem ngħin kemm nista’ speċjalment lill-plejers żgħażagħ tat-tim tagħna u nkun ta’ eżempju għalihom.

X’tikkummenta fuq l-andament tat-tim matul l-istaġun li għadda?

L-istaġun li għadda kellna tim pratikament ġdid b’ħafna plejers li kienu qed jiddebutaw mat-tim tal-kbar. Kien bidu iebes imma mbagħad qbadna ritmu tajjeb fejn irnexxilena nagħmlu 16-il logħba konsekutiva mhux megħluba. Hawnhekk, nixtieq nirringrazzja lill-kowċ u lill-kumittat tal-għajnuna li dejjem tawna.

Kif qed tħarsu lejn l-istaġun li ġej?

Rigward l-istaġun li ġej, qed inħarsu biex inkomplu nibnu fuq it-tajjeb li kellna matul l-istaġun li għadda bi plejers li bqajna flimkien u anke bil-plejers il-ġodda li kisbna bħala tim. Inħoss li għandna tim li nistgħu nagħtu logħba lil kulħadd!

Kif tqis il-livell tal-futbol Malti fil-preżent?

Il-livell tal-futbol Malti hu wieħed tajjeb peró ħasra li t-tfal Maltin mhux isibu spazju fil-Malta Premier u qed ikollhom jinżlu f’diviżjoniet iktar baxxi.

U dak tar-riżorsi (grawnds) fejn tilagħbu l-logħob uffiċjali tagħkom?

Bħala riżorsi dejem hemm fejn tirranġa speċjalment fejn nilagħbu fil-kategorija tagħna.

Kif qed tħares lejn il-futur tiegħek fil-futbol?

Il-futur tiegħi fil-futbol bħala plejer inħares lejh sena b’sena peressli qiegħed nikber, peró nixtieq nibqa’ bħala kowċing. 

Għaddi messaġġ finali lil min jixtieq jagħmel karriera ta’ suċċess fil-futbol.

Il-messaġġ tiegħi huwa wieħed li qatt m’għandek taqta’ qalbek, u fil-futbol trid tagħmel ħafna sagrifiċċji bħal kull sport ieħor peró fih ħafna sodisfazzjon għaliex iżommok b’saħħtek u tagħmel ħafna ħbieb!

ĦALLI RISPOSTA

Jekk jogħġbok ikteb il-kumment tiegħek!
Jekk jogħġbok iktebismek hawn

Sport