Minn Cristian Muscat
Kif bdiet l-imħabba tiegħek lejn l-atletika?
Minn mindu kont ta’ età żgħira kont inħobb l-atletika, imma kont ftit obeżi. Ta’ 21 sena kont niżen 90kg u ddeċidejt li nagħmel xi forma ta’ sport għal saħħa aħjar u bdejt nimxi hekk kif il-piż beda jonqos bdejt niġi bilmod, sakemm ħadt sehem l-ewwel darba fil-fun run u qatt ma ħarist lura.
X’suċċessi maġġuri rnexxielek tikseb sa issa f’dan l-isport li tant tħobb?
Is-sodisfazzjon li kull filgħodu iqum b’determinazzjoni li niġi u s-suċċess tiegħi, apparti li kelli l- opportunità li nagħmel nofs Maratona ġo Lyon fi Franza b’ħin ta’ 1:41 min, grazzi tas-sapport minn St Patrick Athletic Club.
Kif tqis il-livell tal-atletika f’pajjiżna fil-preżent?
Minn 20 sena ‘l hawn in-nies żdiedu ħafna fl-atletika u saru iktar konxji li jieħdu sehem x sport.
U dak tar-riżorsi fejn titħarrġu u jkollkom il-kompetizzjonijiet uffiċjali tagħkom?
Il-maġġor parti fit-toroq mal-karozzi u ġo skejjel wara l-ħin fit-trakka.
Kif qed tħares lejn il-futur tiegħek fl-atletika?
Nixtieq inkompli bl-Atletika għax nemmen li hu ta’ benefiċċju għal saħħti.
Għaddi messaġġ finali lil min jixtieq jagħmel karriera ta’ suċċess fl-atletika.
Qatt taqta’ qalbek … qatt mhu tard biex tibda xi dixxiplina ta’ sport għax żgur ħa jtejjeb ħajtek!

