Saturday, November 23, 2024

Qattusa fi Spanja titraqqad wara li tiġi infettata bil-coronavirus minn sidha, li miet kaġun tal-marda

Aqra wkoll

Qattusa traqqdet wara li kienet l-ewwel annimal reġistrat fi Spanja li ġiet infettata bil-coronavirus.

Is-sit tal-aħbarijiet lokali La Vanguardia rrapportat li l-veterinarju li kkura l-annimal qed jaħseb li l-qattusa ġiet infettata bil-virus minn sidha li miet kaġun tal-Covid-19.

Il-veterinarju sab li l-qattusa kienet qed tbati minn mard f’qalbha, u saħansitra anke kellha d-deni.

Kien wara li l-veterinarju ġieh suspett li l-annimal setgħet kienet infettata bil-Covid-19 li bagħatha f’ċentru ta’ riċerka għal analiżi.

Mit-testijiet li sarulha l-esperti sabu traċċi tal-coronavirus f’kampjuni li ttieħdu minn imneħirha u l-istonku tagħha.

Il-qattusa hija l-ewwel waħda fi Spanja li ġiet infettata bil-virus, u s-sitt waħda fid-dinja.

Il-Professur Joaquim Segales, riċerkatur miċ-Ċentru ta’ Riċerka tas-Saħħa tal-Annimali, qal li “l-qattusa hija vittma kollaterali tal-marda fil-bniedem”.

Xjentisti mill-Istitut ta’ Riċerka Veterinarja ta’ Harbin sab li qtates jistgħu jiġu infettati bil-virus, madankollu huwa aktar rari fi klieb. L-istudju tal-istitut ikkonkluda li l-virus jiġi trasmess fi qtates permezz ta’ qtar respiratorju.

Sport