Sunday, November 24, 2024

“Qażżistu u dejjaqtu lil kulħadd bin-negattività” – il-Ministru Silvio Schembri

Aqra wkoll

“Qażżistu l-kulħadd. Dejjaqtu lil kulħadd. Kollox ħażin. Pandemija bħal din ma tfajniex piż wieħed. Ma ħallejna l-ħadd jaqa’ lura. Ilum qed nitkellmu fuq l-inqas rata ta’ qgħad. Kemm ma tifilħux tkunu maqtugħin aktar mir-realtà.” 

Dan sostnieh il-Ministru għall-Ekonomija u l-Industrija, Silvio Schembri waqt id-diskussjoni dwar l-estimi finanzjarji għal dan il-Ministeru. Hu saħaq li l-kelliema tal-Oppożizzjoni lanqas biss semmewha l-kelma pandemija fid-diskorsi tagħhom. 

Kompla jgħid li “din l-istess bħal meta għamiltu l-poster ikkuppjat ta’ “Labour wont work” u l-inqas rata ta’ qgħad fil-pandemija ġibniha aħna. Tisma’ l-kelliema tal-Oppożizzjoni u tibda’ tgħid imma aħna qed ngħixu fl-istess pajjiż. Kull fejn qed inmorru qed jgħidulna li għandna fiduċja fikom li l-isfidi nirbħuhom. Jgħidulna li m’għandniex fiduċja fin-naħa l-oħra”.

Il-Ministru Schembri qal li “smajna mill-kelliema Nazzjonalista dwar kemm jinsab fi stat diżastruż fl-ekonomija u qabblu mas-sena 2012 taħt Gvern Nazzjonalista. Fis-sena 2021 minkejja l-pandemija il-kumpaniji investew 20 fil-mija aktar mis-sena 2019. L-investiment dirett barrani żdied b’€2 biljun. L-ekonomija fi tmien snin ta’ gvern Laburista irduppjat. Daqshekk kibret l-ekonomija taħt Gvern Laburista. Ir-rata ta’ ħolqien ta’ negozji ġodda, sa din is-sena, kienet ta’ disa’ darbiet aktar minn kemm kienet fis-sena 2012.”

Kompla jgħid li “l-impjiegi fi tmien snin ta’ gvern Laburista żdiedu b’76,000 impjieg. Aqbdu 15-il sena ta’ gvern immexxi minnkom, għoddu ix-xogħlijiet kollha li nħolqu u xorta ma taqżbuhomx”, enfasizza l-Ministru Schembri.

Dwar id-depożiti tal-familji Maltin fil-banek lokali qal li “kien hemm żieda għal €15.1 biljun. Il-familji żdidilhom id-dħul u ma jonfquhx kollu u jiddepożitawh. Is-savings tal-familji, jiġifieri kemm jifilħu jfaddlu kien ta’ €15-il biljun li hu d-doppju ta’ kemm kienu jfaddlu taħt Gvern Nazzjonalista.”

Sport