Ritratti: ROGER AZZOPARDI
Wara li tard ilbieraħ filgħaxija l-GWU u n-NetEnt laħqu qbil dwar il-kwistjoni li nqalgħet fuq it-tkeċċijiet tal-ħaddiema l-unjin dalgħodu rtirat it-talba għall-mandat ta’ inibizzjoni li kienet ressqet fil-11 ta’ Diċembru.
Hekk kif quddiem l-Imħallef Toni Abela kellu jibda jinstema s-smigħ dwar din it-talba, l-Avukat Aron Mifsud Bonnici f’isem il-GWU nfurmah li peress li kien intlaħaq qbil l-unjin kienet qed tirtira t-talba tagħha.

Huwa irrimarka dan fil-preżenza tas-Segretarju Ġenerali Josef Bugeja u d-Deputat Segretarju Ġenerali Kevin Camilleri kif ukoll tal-Avukat Paul Gonzi li deher għall-kumpanija.
L-Imħallef Abela laqa’ it-talba u irrevoka d-deċiżjoni tiegħu meta kien laqa’ il-mandat b’mod temporanju.
Il-GWU u n-NetEnt mistennija joħorġu dikjarazzjoni dwar l-iżvilupp li kien hemm.