Minn Cristian Muscat
Kif bdiet l-imħabba tiegħek lejn il-futbol?
Jien bdejt nittrenja l-futbol minn ta’ etá żgħira ta’ erba’ snin iżda l-futbol ma nħossx li tibda b’imħabba lejh iżda titwieled b’imħabba lejh. Iva jkun hemm bħal idoli li jgiegħluk tħobbu iżjed u tagħraf iżjed l-imħabba lejh.
Ħa mmur mal-ewwel għall-punt. Kif qed tħares lejn l-esperjenza ġdida tiegħek ma’ Kirkop United FC?
Qed inħares ħafna ‘l quddiem u nħoss li bl-iskwadra li ħa jkollna nistgħu nagħtu sfida denja lil kull tim – skwadra żagħżugħa u b’ħafna enerġija!
X’tikkummenta fuq l-esperjenza passata tiegħek ma’ Mellieħa FC?
Mellieħa FC huwa klabb bi professjonalitá kbira li jilqa’ lil kull plejer bħala familja, klabb bl-ambizzjonjiet u kull mument kien ta’ pjaċir għalija ma’ dan it-tim.
Kif tqis il-livell tal-futbol Malti fil-preżent, u kif rajtu jinbidel tul is-snin?
F’dawn l-aħħar snin il-futbol Malti għola bħala livell bla dubju kemm bħala kowċis, kif ukoll livell ta’ plejers. Ifhem sistemi inbidlu dawn l-aħħar snin kemm tattiċi, organizzazzjoni ta’ timijiet għal kull logħba differenti, b’iżjed plejers baranin f’kull diviżjoni.
U dak tar-riżorsi (grawnds) fejn titħarrġu u tilagħbu l-logħob kompetittiv tagħkom?
Għall-grazzja t’Alla dejjem kont ma’ klabbs bil-pitch tagħhom u li jieħdu ħsibhom b’ċerta professjonalitá. Dwar il-pitches fejn nilagħbu hemm bżonn li jittieħdu daqsxejn iżjed ħsieb il-kundizzjonijiet tal-pitch u skont f’liema żmien inkunu qed nilagħbu. Fis-sajf issibhom nixfin iżżejjed tant li ż-żarbun jeħel u fix-xitwa b’daqsxejn xita jinfaqgħu bl-ilma.
Kif qed tħares lejn il-futur tiegħek fil-futbol?
Jien plejer daqsxejn b’ambizzjonijiet jiġifieri sa ma nibqa’ b’saħħti u narani qed navvanza, nibqa’ nilgħab.
Għaddi messaġġ finali lil min jixtieq jagħmel karriera ta’ suċċess fil-futbol.
Trid dejjem tkun dedikat u tagħti l-mija fil-mija tiegħek – ħu gost f’kull mument – il-futbol bħall-ħajja ġieli tajjeb u ġieli ħażin … ħu gost f’kull mument!