Friday, June 20, 2025

‘Qed inħares ‘il quddiem biex nitgħallem l-ħiliet differenti li hemm fil-crossfit’ – Katia Monreal

Aqra wkoll

Minn Cristian Muscat

Kif bdiet l-imħabba tiegħek lejn il-crossfit?

Wara 15-il sena nilgħab in-netball ħassejtni tlift biċċa mill-identitá tiegħi minħabba l-injury tal ACL. Wara sena u fuqhom rijabilitazzjoni fejn il-gowl tiegħi kien iffukat fuq li nerġa’ lura għal ‘full recovery’, sibt ruħi inħares ‘il quddiem għal sessjonijiet fil-gym, hiit sessions, weights u crossfit. B’hekk iddeċidejt li nibda nipprattika dan l-isport.

Iddeskrivi l-esperjenza passata tiegħek ta’ suċċess fin-netball, għalkemm sofrejt injury serja u għamilt l-operazzjoni tal-ACL.

Fin-netball kelli esperjenzi vasti fosthom fl-Ewwel Diviżjoni fejn irbaħna l-kampjonat, fit-Tieni Diviżjoni u anke man-nazzjonal meta kont iżgħar. 

Kif tqis il-livell tal-crossfit f’pajjiżna fil-preżent?

Xi ħaġ’oħra li ħajritni nibda nipprattika l-crossfit huwa proprju l-livell għoli ta’ atleti lokali f’dan l-isport. Dejjem kienu ta’ ispirazzjoni għalija. 

U dak tar-riżorsi fejn titħarrġu u jkollkom il-kompetizzjonijiet uffiċjali tagħkom?

Kompetizzjonijiet ikun hemm organizzati kemm ‘in house’ fil-gyms tal-crossfit u anke kompetizzjonijiet ‘open’ lokali.

Kif qed tħares lejn il-futur tiegħek fil-crossfit?

Qed inħares ‘il quddiem biex nitgħallem l-ħiliet differenti li hemm fil-crossfit, u li nkompli nżid il-livell ta’ ‘overall fitness’ tiegħi.

ĦALLI RISPOSTA

Jekk jogħġbok ikteb il-kumment tiegħek!
Jekk jogħġbok iktebismek hawn

Sport