Sunday, December 22, 2024

“Qed inħares ‘il quddiem li nirrapreżenta lil Malta fil-European Cup tat-Table-Football”

Sam Bartolo - champion lokali

Aqra wkoll

Fl-aħħar ġurnata tal-Kampjonat tat-Table Football,  Samuel Bartolo ġie nkurunat Champion ta’ dan l-Istaġun b’din tkun is-seba’ darba f’dawn l-aħħar 10 staġuni li huwa ħareġ rebbieħ. Jean Carl Tabone, ir-rebbieħ tas-sena l-oħra kklassifika fit-tieni post, filwaqt li Charles Aquilina kiseb it-tielet post.

Mario Camilleri, Frank Chetcuti Dimech u Josef Camilleri ġew relegati għall-Ewwel Diviżjoni.

Promossi għall-Kampjonat Premier mill-Ewwel Diviżjoni kien hemm Mark Gauci (Rebbieħ), George Ebejer u Vincent Mifsud.

Il-logħob li jmiss ikunu n-Knock-Out u l-Kategoriji li sejrin jintlagħbu fid-19 u l-20 ta’ Novembru.

Intant, dan is-sit għamel kuntatt ma’ Sam Bartolo nnifsu, fejn tana l-kummenti tiegħu rigward dan is-suċċess uniku li rnexxielu jikseb. Fi kliemu:

“Dan il-kampjonat kien importanti għalija għax l-ewwel wieħed li rbaħt kien proprju 10 snin ilu. Dan kien is-seba’ kampjonat mirbuħ minni u meta tqis il- livell għoli li hawn Malta, jagħmilni sodisfatt ħafna.” 

“Ksibt id-dritt li nirrapreżenta lil Malta fil-European Cup tas-sena d-dieħla b’dan is-suċċess u b’hekk qed inħares ‘il quddiem li nirraprezenta lil pajjiżi. Ta’ dan kollu, nirringrazzja lill-familjari tiegħi Ann Marie u Liam u lill-klabb li nagħmel parti minnu, Valletta Subbuteo Club.”

Ekonomija

Sport