Thursday, September 4, 2025

‘Qed inħares lejn din l-esperjenza ġdida tiegħi ma’ Rabat Ajax FC b’mod pożittiv’ – Shylon Vella

Aqra wkoll

Minn Cristian Muscat

Kif bdiet l-imħabba tiegħek lejn il-futbol?

L-imħabba tiegħi lejn il-futbol bdiet ta’ etá żgħira fejn kull ċans li kien ikolli kont nilgħab il-futbol anke b’sempliċiment flixkun.

Ħa mmur mal-ewwel għall-punt. Kif qed tħares lejn l-esperjenza ġdida tiegħek ma’ Rabat Ajax FC b’self mingħand Naxxar Lions FC?

Qed inħares lejn din l-esperjenza ġdida tiegħi ma’ Rabat Ajax FC b’mod pożittiv. Dan il-klabb jixraqlu jkun f’pożizzjoni aħjar u se nipprova nagħmel minn kollox sabiex nilħqu t-tragward tagħna tal-istaġun.

Kif qed tħarsu lejn l-istaġun li ġej?

Is-sena li għaddiet Rabat Ajax FC għamlu ċerti deċiżjonijiet ħżiena u għalhekk sfaw relegati. Din is-sena kulħadd qiegħed jaħdem sabiex ma jerġax jiġi ripetut staġun bħal tas-sena l-oħra. Nemmen ħafna fix-xogħol li sar sa issa kemm mill-kumitat kif ukoll mill-staff tekniku. Importanti li nieħdu l-istaġun logħba b’logħba u nibqgħu magħqudin.

X’tikkummenta fuq il-fatt li se tkun qed tilgħab proprju fl-istess tim ma’ ħuk, Larens Vella?

Li nilagħbu flimkien bħala aħwa kienet dejjem xewqa tagħna. Sabiħ li taqsam l-istess ossessjoni għall-futbol mal-għażiż ħuk.

Iddeskrivi l-esperjenza tiegħek ma’ Naxxar Lions FC.

L-esperjenza tiegħi ma’ Naxxar Lions FC kienet waħda sabiħa fejn tgħallimt ħafna kif ukoll kont parti minn żewġ promozzjonijiet.

X’tikkummenta fuq il-livell tal-futbol Malti fil-preżent?

Sfortunatament, diversi plejers isibuha diffiċli sabiex jinkorporaw l-futbol flimkien max-xogħol tagħhom għalhekk qed jintilfu ħafna plejers.

U dak tar-riżorsi (grawnds) fejn titħarrġu u tilagħbu l-logħob kompetittiv tagħkom?

Il-livell tal-grawnds għandu bżonn jitjieb minħabba l-fatt li ħafna injuries qegħdin jiġu kkawżati minħabba l-kundizzjoni tal-pitches.

Għaddi messaġġ finali lil min jixtieq jagħmel karriera ta’ suċċess fil-futbol.

Il-futbol jeħtieġ sagrifiċċju imma huwa xi ħaġa li ma noqgħodx mingħajrha!

ĦALLI RISPOSTA

Jekk jogħġbok ikteb il-kumment tiegħek!
Jekk jogħġbok iktebismek hawn

Sport