Friday, August 22, 2025

‘Qed inħares lejn din l-isfida ġdida b’serjetà, professjonaliżmu u impenn’ – Joseph Minala

Aqra wkoll

Minn Cristian Muscat

Proprju, fi tmiem il-ġimgħa li għaddiet, Marsaxlokk FC ħabbru l-akkwist ta’ Joseph Minala.

Midfielder b’saħħtu u abbli, Joseph iġib miegħu esperjenza, saħħa u viżjoni tal-ogħla livell fl-iskwadra Xlukkajra. It-tmexxija u l-mentalità rebbieħa tiegħu se jkunu ta’ spinta kbira hekk kif huma qed jippreparaw għall-isfidi li ġejjin.

Huwa inġieb f’Malta minn Sliema Wanderers FC u matul l-istaġun li għadda lagħab ma’ Gzira United FC.

Dan is-sit tkellem ma’ Minala nnifsu, fejn tana iktar dettalji fosthom rigward kif qed iħares lejn din l-esperjenzaa ġdida fil-karriera tiegħu. Fi kliemu:

“Din hija esperjenza ġdida għalija. Kelli bżonn nagħmel xi tibdiliet mentalment u fiżikament. Irrid nirkupra mill-fatt li ilni ma nilgħab, imma jien lest u qed inħares lejn din l-isfida ġdida b’serjetà, professjonaliżmu u impenn. Nirringrazzja lil kulħadd f’Marsaxlokk FC talli laqgħuni ferm! Forza Marsaxlokk!”

ĦALLI RISPOSTA

Jekk jogħġbok ikteb il-kumment tiegħek!
Jekk jogħġbok iktebismek hawn

Sport