Wednesday, September 3, 2025

Qed inħares lejn l-esperjenza ġdida tiegħi ma’ Senglea Athletic FC b’ottimiżmu u grinta’ – Carl Ciantar

Aqra wkoll

Minn Cristian Muscat

Kif bdiet l-imħabba tiegħek lejn il-futbol?

Minn meta kont żgħir, dejjem kelli xewqa li nibda nittrenja l-futbol. Konna nilagħbu l-iskola u l-MUSEUM u kont nara ħafna logħob fuq it-televixin, speċjalment tal-AC Milan.

Ħa mmur mal-ewwel għall-punt. Kif qed tħares lejn l-esperjenza ġdida tiegħek ma’ Senglea Athletic FC?

Qed inħares lejn l-esperjenza ġdida tiegħi ma’ Senglea Athletic FC b’ottimiżmu u grinta. Senglea huwa tim bi storja kbira u nemmen li ħaqqu jkun fl-ogħla diviżjonijiet tal-futbol Malti. Qed inħarsu lejn l-istaħun li ġej biex inkunu wieħed mit-timijiet li jisfida għar-rebħ tal-promozzjoni. It-tim huwa mmexxi mill-kowċ bravu Rodney Bugeja u minn grupp ta’ plejers kemm ta’ esperjenza kif ukoll żgħażagħ li huma pjuttost ġodda fil-Kampjonat tal-kbar.

Nemmen li b’din it-taħlita ta’ plejers u l-grupp sabiħ li għaqqadna matul dawn l-aħħar sitt ġimgħat ħa nkunu tim ta’ suċċess matul l-istaġun li ġej.

X’tikkummenta fuq l-esperjenza issa passata tiegħek ma’ Birzebbugia SP FC u kemm tgħallimt minnha?

L-esperjenza tiegħi ma’ Birzebbugia SP FC kienet waħda mill-iktar memorabbli għalija bħala plejer. Ir-rebħ tal-Kampjonat u tas-Super Cup kienu ċ-ċirasa fuq il-kejk. Dan kollu grazzi għall-kumitat immexxi mill-president Joseph Fenech u l-istaff tekniku kollu fosthom il-kowċ Edgar Degabriele, John Paul Gialanze u Claude Carbonaro. Lejn dan il-Klabb ħa nibqa’ grat tul ħajti kollha!

Kif tqis il-livell tal-futbol Malti fil-preżent?

Il-futbol Malti minn mindu fil-Malta Premier żdiedu l-plejers barranin, id-diviżjonijiet inferjuri kibru ħafna. Iċ-Challenge League sar kampjonat kompetittiv u li jkollok timijiet bħal Valletta FC jagħmlu iktar speċjali. In-Natioanl Amateur League 1 u 2 kibru wkoll b’żieda fil-plejers barranin u kwalitá tal-plejers li saru jilagħbu f’dan il-kampjonat jagħmlu iktar kompetittiv u sabiħ biex issegwih.

U dak tal-grawnds fejn tilagħbu l-logħob kompetittiv tagħkom?

Il-grawnds li nilagħbu aħna fihom hemm minnhom tajbin u hemm minnhom fejn hemm bżonn jitranġaw. Bħala art, il-grawnds tjiebu ħafna anke bħala faċilitajiet peró hemm grawnds li għandhom bżonn jitranġaw biex il-livell f’dawn id-diviżjonijiet jibqa’ jitjieb.

Kif qed tħares lejn il-futur aktar imbiegħed tiegħek fil-futbol?

Wara li matul l-istaġun li għadda, b’mod personali u anke bħala kollettiv kelli staġun mill-isbaħ, għandi nibqa’ nħares ‘il quddiem b’pożittivitá, u dejjem nipprova nagħti l-100% tiegħi għal kull klabb li nilgħab għalih.

Għaddi messaġġ finali lil min jixtieq jagħmel karriera ta’ suċċess fil-futbol. 

Messaġġ finali huwa għal dawk il-plejers li sabu xi ntopp matul il-karriera tagħhom. Taqtgħu qalbkom qatt … bid-determinazzjoni u bix-xewqa li tirnexxi fil-ħajja, tasal żgur. Qatt tħares lura u taħsibx fil-ħażin … dejjem kun pożittiv u aħseb x’jista jiġri fil-futur! 

ĦALLI RISPOSTA

Jekk jogħġbok ikteb il-kumment tiegħek!
Jekk jogħġbok iktebismek hawn

Sport