Minn Cristian Muscat
Kif bdiet l-imħabba tiegħek lejn il-futbol?
Meta kelli tliet snin, il-ġenituri tiegħi bdew jeħduni nitħarreġ man-Nursery tal-Pietá u minn hemm bdiet l-imħabba tiegħi lejn il-futbol.
Ħa mmur mal-ewwel għall-punt. Kif qed tħares lejn l-esperjenza ġdida tiegħek ma’ Mġarr United FC b’self mingħand Pietá Hotspurs FC?
Qed inħares lejn l-esperjenza tiegħi ma’ Mġarr United FC b’mod eċċitanti u qed inħares ‘il quddiem ħafna biex jibdew il-logħob kompetittivi.
Kif qed tħarsu lejn l-istaġun li ġej?
Qed inħarsu lejn l-istaġun li ġej, logħba b’logħba u li nkunu magħqudin ħalli nilħqu t-tragward tagħna.
Iddeskrivi l-esperjenza tiegħek ma’ Pietá Hotspurs FC.
L-esperjenza tiegħi ma’ Pietá kienet waħda sabiħa fejn kbirt u tgħallimt ħafna.
U dik ta’ matul l-istaġun li għadda ma’ Senglea Athletic FC.
L-esperjenza tiegħi ma’ Senglea Athletic għalkemm ma lħaqniex it-tragward tagħna, kienet waħda ferm sabiħa u li ma ninsa qatt!
Kif tqis il-livell tal-futbol Malti fil-preżent?
Il-livell tal-futbol f’pajjiżna dejjem qed jikber bil-plejers Maltin promettenti u ta’ ċerta esperjenza li hawn u se jkompli jogħla bil-livell tal-plejers barranin.
U dak tar-riżorsi (grawnds) fejn titħarrġu u jkollkom il-kompetizzjonijiet uffiċjali tagħkom?
Ir-riżorsi fejn nitħarrġu aħna huma tajbin ħafna u professjonali kif għandu jkun. U meta nilagħbu f’logħob kompetittivi jkunu tajbin u professjonali wkoll.
Kif tqis il-mentalitá tal-isport f’pajjiżna?
Il-mentalitá tal-isport f’pajjiżna hija waħda tajba fejn kulħadd ikun irid jirbaħ u kulħadd jixtieq jasal.
Kif qed tħares lejn il-futur aktar imbiegħed tiegħek fil-futbol?
Fil-futur nixtieq nilgħab ma’ tim fil-Malta Premier fejn inkun nista’ niġġieled għall-unuri u nkun nista’ nilgħab f’kompetizzjonijiet Ewropej.
Għaddi messaġġ finali lil min jixtieq jagħmel karriera ta’ suċċess fil-futbol.
Biex tasal fil-futbol, trid tissagrifika ħafna affarijiet, taħdem u tistinka u dejjem tħares ‘il quddiem!