Wednesday, September 3, 2025

‘Qed inħarsu lejn l-istaġun li ġej b’mod pożittiv ħafna billi naħdmu u nistinkaw biex naslu fl-aqwa pożizzjoni possibli’ – Sheldon Grech

Aqra wkoll

Minn Cristian Muscat

Kif bdiet l-imħabba tiegħek lejn il-futbol?

Kont min dejjem immur il-grawnd minn ta’ etá żgħira nsegwi l-futbol ma’ missieri sakemm

minn erba’ snin qbadt nipprattikah.

Iddeskrivi l-esperjenza preżenti tiegħek bħala team manager ta’ Pietá Hotspurs FC.

Din hija l-ewwel sena tiegħi f’din il-kariga u naħseb li qiegħed nagħmel xogħol utli ħafna. Hija kariga ta’ impenn u dedikazzjoni kbira li jekk ma tagħmilhiex mill-qalb diffiċli biex ikollok suċċess fijha. Għalkemm hemm affarijiet li jonqosni nimmatura fihom u nitgħallem, naħseb li rnexxieli ngħaqqad skwadra u ħloqt entużjażmu fit-tim.

X’tikkummenta fuq l-andament tat-tim matul l-istaġun li għadda, fejn temmejtu bil-kbir permezz tar-rebħ tal-BOV Challenge Cup?

L-istaġun li għadda kien wieħed sodisfaċenti li kif għidt int, għalaqnieh bl-aħjar mod possibli bir-rebħ taċ- Challenge Cup. Dan kien ir-riżultat tal-ħidma kollha tas-sena li għaddiet. L-għaqda fit-tim wasslitna għal dan is-suċċess.

Kif qed tħarsu lejn l-istaġun li gej?

Qed inħarsu lejn l-istaġun li ġej b’mod pożittiv ħafna billi naħdmu u nistinkaw biex naslu fl-aqwa pożizzjoni possibli.

Kif tqis il-livell tal-futbol Malti fil-preżent?

Rigward il-livell tal-futbol Malti nemmen li ħafna plajers barranin qegħdin jieħdu post tfal promettenti Maltin għax tal-BOV Challenge League mbagħad għola għax qegħdin jinżlu plejers ta’ kwalita tajba mill-Malta Premier.

Nixtieqek tgħaddi l-aħħar messaġġ lil dawk it-tfal u / jew żgħażagħ li qed jaqraw din l-intervista u li jridu jibdew il-futbol.

Kulma nixtieq ngħdilhom huwa li l-futbol huwa kollu tlugħ u nżul, l-importanti ma taqta’ qalbek qatt u tibqa’ tiġġieled għal dak li tixtieq u emmen fik innifsek biex tasal b’sagrifiċċju u determinazzjoni!

ĦALLI RISPOSTA

Jekk jogħġbok ikteb il-kumment tiegħek!
Jekk jogħġbok iktebismek hawn

Sport