Friday, September 12, 2025

‘Qed inħarsu lejn l-istaġun li ġej b’ottimiżmu kbir bħala Melita FC’- Gosef Mizzi

Aqra wkoll

Minn Cristian Muscat

Kif bdiet l-imħabba tiegħek lejn il-futbol?

Il-futbol minn dejjem kien xi ħaġa li fittixt, speċjalment meta kont tifel. Kull fejn kont immur, kont nispiċċa nilgħab bil-ballun, tkun xi tkun l-okkażjoni. Niftakarni wkoll nara xi logħbiet, kemm fuq it-televixin u anke nitla’ Ta’ Qali ma’ missieri meta kont tifel ċkejken. Minn hemm ‘il quddiem, ma ħaristx lura, u l-futbol sar parti minn dak li jien illum.

Ħa mmur mal-ewwel għall-punt. Kif qed tħarsu lejn l-istaġun li ġej bħala Melita FC?

Qed inħarsu lejn l-istaġun li ġej b’ottimiżmu kbir bħala Melita FC. Nemmen illi bit-tmun tal-kowċ il-ġdid Brian Said u bi skwadra b’etá medja żgħira, se nkunu tim enerġetiku u li nagħtu kollox fil-grawnd. Se jkun stagun twil u kompetittiv, kif dejjem ikun iċ-Challenge League.

X’tikkummenta fuq il-kumitat ta’ Melita FC immexxi mill-president, Michael Naudi?

Il-kumitat u l-president Michael Naudi jaħdmu ħafna sabiex aħna l-plejers inkunu nistgħu niffokaw fuq dak li għandna nagħmlu, u ovvjament, mingħajrhom il-klabb ma jkun xejn. Fil-mumenti kemm tajbin u anke diffiċli, dejjem sibna l-appoġġ tagħhom, u minn hawn nieħu l-opportunitá sabiex nirringrazzja lil dawn in-nies illi xogħolhom, sfortunatament, ma tantx jiġi apprezzat fil-futbol lokali, speċjalment fi klabb modest bħal mhuwa Melita FC.

Kif qed tħares lejn il-futur tieghek fil-futbol?

Is-sabiħ tal-futbol huwa li qatt ma tkun taf x’se jiġri ‘l quddiem, peró, xi ħaġa li dejjem ngħid hija li meta tħares lejn il-futur, wieħed għandu jħares biss sabiex ikun verżjoni aħjar milli jkun fil-preżent.

Għaddi messaġġ finali lil min jixtieq jagħmel karriera ta’ suċċess fil-futbol.

Xogħol iebes dejjem ikun innutat u apprezzat!

ĦALLI RISPOSTA

Jekk jogħġbok ikteb il-kumment tiegħek!
Jekk jogħġbok iktebismek hawn

Sport