Infrastructure Malta tkompli għaddejja b’bosta xogħlijiet fit-toroq tagħna. Bħalissa wkoll għaddejja bil-bini mill-ġdid ta’ Triq Wied il-Għajn u Triq Ħaż-Żabbar, li hija magħrufa bħala l-bypass l-antika bejn Ħaż-Żabbar u Wied il-Għajn.
Qed jinbena l-ħitan matul din it-triq twila ta’ madwar kilometru, u qed jitpoġġew ukoll pajpijiet taħt l-art għas-servizzi ta’ telekomunikazzjoni u għad-dwal tat-triq.