Wednesday, December 25, 2024

“Qed naħdmu lejn pajjiż ta’ kwalità għax irridu li għada jkun aqwa mil-lum”

- Il-Prim Ministru Robert Abela

Aqra wkoll

“Qed naħdmu lejn pajjiż ta’ kwalità għax irridu li għada jkun aqwa mil-lum.Qed naħdmu lejn ekonomija ta’ kwalità għal pajjiżna għax b’hekk biss niggarantixxu li ll-Maltin u l-Għawdxin jgħixu f’pajjiż sigur u tranwkill.” hekk stqarr il-Prim Ministru Robert Abela fid-diskors tiegħu b’risposta għad-diskors li għamel il-Kap tal-Oppożizzjoni Bernard Grech dwar il-Budget 2025.

Dr Abela qal li kull meta ħdimna flimkien, bħal fi-pandemija, dejjem irnexxejna. Stqarr li l-isfidi li lina qatt ma beżżgħuna. Ħloma u kull meta ħlomna wettaqna.

“Illum ilkoll nafu kemm irnexxielu joħloq ġid dan il-poplu minn pajjiżu stess. dan il-pajjżi għandu track record tal-aktar pajjiż li jgawdi mill-akbar tkabbir ekoomiku. Dan isarraf fil-Maltin u l-Għawdxin jibbeefikaw minn livell ta’ kwalita’ ta’ ħajja aħjar,” kompla jgħid il-Prim Ministru.

Fil-Parlament Robert Abela qal li l-futur ta’ dan il-pajjiż huwa pożittiv u sabiħ. Għandna pjan ċar nafu fejn irridu naslu u se naslu. Ħalli nibqgħu flimkien ilkoll noħolqu pajjiż ta’ kwalità bbażat fuq ekonomija ,li tenfasizza fuq il-kwalità milli l-kwantità. Bħal kull pajjiż ieħor, pajjiżna għandu l-isfidi partikolari tiegħu. Għaliex nifhmu li għandna sfidi li huma partikolari, il-poplu qiegħed bir-raġuni jistaqsina x’inhu l-pjan għall-ekonomiku ta’ għada u għal ekonomija ta’ kwalità għal pajjiżna.

“Għal dawn id-domandi llum qed niġi hawn biex nindirizza u nwieġeb b’mumru ta’ risposti. Jekk kelli nagħsar kollox f’kelma waħda – nagħżel il-kwalità. Meta bdejt inservi f’din il-kariga kważi 5 snin ilu, l-isfida ewlenija li kellu l-isfida tal-immigrazzjoni irregolari. ftit qabel il-pandemija kellna wasliet irregolari f’sena waħda 3,500. fl-2020 irnexxielna nnaqsuhom għal kważi 2,500. Din is-sea sa Novembru 2024 il-wasliet f’pajjiżna kienu 150 biss,” stqarr il-Prim Ministru fil-Parlament.

Il-kelliem qal li konna wegħednih soluzzjoni, konna nafu fejn sjrin u wettaqna u hekk kif irnexxielu jindirizza l-problema tal-immigrazzjoni irregolari, u għaliex nafu li meta nagħmlu miri ċari kapaċi naslu għalihom, nemmen li meta issa nkomplu niġu biex nindirizzaw iż-żamma tal-ordni fuq il-kwistjoni tal-ħaddiema barranin hemm se naslu wkoll.

Bl-istess mod li li pajjiżna indirizza u għeleb b’suċċess li-isfidi li ġabet magħha l-pandemija. Hekk ukoll se nindirizzaw, insolvu u nsibu s-soluzzjonijiet għall-isfidi li hemm quddiemna. “Ibqgħu emmnu fil-potenzjal kbir li għandu dan il-pajjiż u fil-potenzjali kbir ta’ niesu. Kburi b’dak li ksibna però fadililna ħafna iżjed xi nwettqu flimkien,” qal il-Prim Ministru Dr Robert Abela.

Dwar l-ekonomija fid-diskors tiegħu l-Prim Ministru stqarr li l-ekonomija Maltija li mill-2013 irnexxielha toħloq ġid b’aktar mid-doppju. Dan il-ġid issarraf f’aktar investiment bla preċedent f’diversi setturi – fl-infrastruttura, fl-edukazzjoni, fis-servizzi soċjali li biddlu għall-pożittiv il-ħajja ta’ tant u tant nies, fis-saħħa.

“Kburi li Gvern Labruista sena wara l-oħra qed jirnexxielu jnaqqas il-piżijiet minn fuq in-nies u n-negozji, qed inħallu dejjem aktar flus fil-but tan-nies, li qed ninċentiviaw l-investituri jkomplu jikbru u jinvestu f’pajjiżna. Dan huwa Gvern li jemmen fil-mobilità soċjali,” kompla jgħid il-Prim Ministru.

Il-kelliem kompla jgħid li għax għandna ekonomija b’saħħitha, illum għandna l-privileġġ li nistgħu nagħżlu. Kwalità. Dak li jixtiequ n-nies. Kwalità ta’ ħajja aħjar, infrastruttura aħjar, ta’ servizzi mediċi aħjar, ta’ ambjent aħjar, kwalità aqwa fil-karrieri li noħolqu, kwalità fit-turiżmu.

L-enfasi issa ma tridx tkun iżjed jekk is-sena d-doieħla jekk jirnexxilux naqbżu l-ammont ta’ turisti li waslu, l-enfasi s-sena ddieħla se tkun fuq x’saħħa għandu dak it-turist, kemm kapaċi jdum f’pajjiżna, kemm kapaċi jonfoq biex imbagħad minn dik in-nefqa nkunu nistgħu nirrinvestu dak li jkun ħalla t-turist f’pajjiżna.

“Illum 4 minn kull 10 turisti li jiġu pajjiżna jagħżlu li ma joqogħdux lukandi imma appartamenti privati. Pass li se nimxu lejh li nevolvu policies ġodda illi jilqgħu għal din ir-realtà partikolari,” kompla jgħid il-Prim Ministru.

Waqt id-diskors tiegħu l-Prim Ministru tkellem ukoll dwar l-introduzzjoni tal-iskills pass fit-turiżmu. Il-Prim Ministru nnota li din tat ir-riżultati għax għolleja l-istandards ‘il fuq f’din l-industrija. B’diskussjoni usa ma-istakholders kollha,nemmen li din ir-riorma se tħalli ħafa frott.

Dr Abela ħabbar li sal-aħħar tas-sena se tiġi mnedija policy ġdida għat-turiżmu li se tkun miftuħa għal konsultazzjoni li se tinkorpora fiha r-realtajiet kollha, passi li għamilna biex inkomplu nsaħħu dan is-settur tant importanti. Biex dan is-settur ikollu viżjoni ċara ta’ kif se jallinja ruħu fid-dawl tal-prijoritajiet ġodda li għandu pajjiżna.

Dwar il-ħaddiema barranin il-Prim Ministru Abela reġa’ tenna l-pożizzjoni tal-Gvern b’rabta mal-ħaddiema ġejjin minn pajjiżi oħra hi dik li jiġi mistieden biss biex jaħdem pajjiżna dawk li s-suq tax-xogħol għandu verament ħtieġa ġenwina għalihom

Hu wieħed li se dan is-suġġett se jingħata prijorità assoluta. Sal-aħħar tas-sena se titnieda l-Labour Migration Policy, l-ewwel policy tax-xorta tagħha u se tkun miftuħa għall-konsultazzjoni.

“Kommessi li nieħdu deċiżjonijiet kollha li hemm bżoin biex insaħħu r-regolamenti, l-ordni u l-kontroll. It-tweġiba ewlenija u unika għal din l-isfida, tibqa’ l-enfasi fuq il-kwalità. Għall-PN is-soluzzjoni għal dak li tkellimt dwaru hi li jġib lejn pajjiżna 32,000 barrani,” kompla jgħid il-kelliem fil-Parlament.

Irrefera wkol għall-Pre Budget Document tal-PN – li baqa’ qatt ma ra d-dawl tax-xemx – li skont il-Prim Ministru hu pokrezija tan-naħa l-oħra filgħodu jmorru jagħmlu konferenza u jitkellmu kontra l-ħaddiema barranin, filgħaxija f’dak id-dokument jiktbu li se jżidu l-ħaddiema barranin.

“Magħna n-nies jafu fejn qegħdin għax dejjem konna ċari magħhom. Immorru quddiem in-nies u nispjegaw l-isfidi li għandna quddiemna. Ix-xogħol dwar il-Laboru Migration Policy ilu għaddej umru ta’ xhur, issa wasal lejn l-aħħar fażi tiegħu fiduċjuż li hekk kif il-Ministru Byron Camilleri kien katalista biex irnexxielna nsolvu l-problema tal-immigrazzjoni hekk ukoll se jasal fix-xogħol addizzjonali li għandu,” stqarr il-Prim Ministru Abela.

Kif tenna kemm-il darba reġa’ saħaq li l-Gvern se jkun iebes ma’ min jabbuża mill-ħaddiema. Irrispettivament mill-kwistjoni tan-nazzjonalità. Aħna ma nemmnux li xi ħadd il-ħaddiem għandu jużah, jagħsru bħal-lumija. jarmih. Għax il-ħaddiem jixraqlu jiġi trattat b’dinjità u mhu se ippermettu ebda sitwazzjoni li xi ħadd japprofitta ruħu a skapitu ta’ ħaddiema.

“Fuq kollox mhux se nippermettu xi sitwazzjoni fejn iku jaqbillek li tħaddem ħadiem barrani biex iżżomm is-salarji tal-Għawdxin u l-Maltin baxxi. dik hi xi ħaġa li din il-policy se tipprojbieha. Se jkun hemm enfasi wkoll fuq li wieħed li jħarreġ, jinvesti fil-ħiliet tal-ħaddiema u li jibża għall-ħaddiema li għandu Enfasi oħra tibqa’ fuq il-ħiliet, kontrolli tal-abbużi, li nsaħħu l-workforce tar-riżorsa umana b’taħriġ kontinwu,” kompla jgħid il-Prim Ministru fir-risposta tiegħu għal Kap tal-Oppożizzjoni Bernard Grech.

Ma setax jonqos li f’dan id-diskors il-Prim Ministru jitkellem dwar il-ħafna ta’ miżuri li ddaħlu ġodda u oħrajn jew imsaħħa.

“Budget wara l-ieħor komplejna nsaħħu l-miżuri favur il-familja. Kien għalhekk li għat-tieni sena konsekuttiva erġajna tajna żieda ta’ €250 għal kull wild fiċ-children’s allowance. Tajna l-akbar tax cut fl-istorja sabiex nippremjaw il-bżulija, insaħħu l-middle class lil dik il-faxxa tas-soċjetà li taqla’ inqas. Se ħallu 140 miljun fil-bwiet ta-nies.

“B’din il-miżura, se jkollna 18,000 familja li mhux se jħallsu ċenteżmu wieħed f’taxxa. Fi żmienkom anke l-paga minima nazzjonali kontu bdejtu tintaxxaw. Meta qbadnikom, Tonio Fenech kien qal “a storm in a teacup” għax insensittivi u distakkati mir-realtajiet tan-nies.” kompla jgħid il-Prim Ministru filwaqt li saħaq li erġajna tajna serħan il-moħħ u stabbiltà fil-prezzijiet tal-fjuwils u l-enerġija. Tajna biljun ewro f’għajnuniet lill-familji, €6,000 lil kull familja.

Dwar l-età tal-irtirar, il-Prim Ministru għamilha ċara li din hija gidba sfaċċata. “Tagħhom jagħtuh lilna. X’għamlu huma fl-2006, l-età tal-irtirar minn 61 sena tellgħuha għal 65 sena,” tenna Dr Abela.

“Mhuwa ħadd ħlief intom li minbarra piżijiet kbar li xħittu fuq il-poplu qabel l-2013, għollejtu r-rata tal-bolla, l-ammont li fuqu tħallas il-bolla u għollejtu l-età li fiha tibda tirċievi l-pensjoni. Ħaġa waħda biss ma kinux kapaċi jgħollu. Il-pensjoni!. Ħallejtu l-pensjonijiet iffriżati għal snin. Dak huwa t-track record tagħkom. Taħt dan il-gvern il-pensjonijiet żdiedu sena wara l-oħra u sakemm il-poplu jibqa’ jislifna l-fiduċja tiegħu se nibqgħu nżiduhom.”

Mill-2013 sal-lum, il-pensjonanti żdiedu b’70€ fil-ġimgħa.

Hu fakkar li meta għamilna l-iskema Stabbiltà, niftakar ġurnalisti ta’ Net News jipprovaw jirredikolawha. Dakinhar aħna ddeċidejna favur in-nies, intervjejna u llum wasalna għal dik ir-rata baxxa ta’ inflazzjoni li għandna llum.

Ekonomija

Sport