Sunday, November 3, 2024

‘Qed nimmira għal-Logħob tal-Pajjiżi ż-Żgħar 2023 li se jsiru f’pajjiżna’ – Bradley Mifsud

Aqra wkoll

Fil-jiem li għaddew, l-atleta ewlieni Malti, Bradley Mifsud, irnexxielu jikseb ir-rekord nazzjonali tad-Discus. Dan is-sit għamel kuntatt ma’ Bradley innifsu fejn tana iktar dettalji rigward kif qed iħares ‘il quddiem f’dan l-isport li tant iħobb.

Fi kliemu: “Bħalissa qed nimmira għal-Logħob tal-Pajjiżi ż-Żgħar 2023 li se jsiru proprju ġewwa pajjiżna. Peró jien inħares iżjed ‘il quddiem u nixtieq nikkompeti f’livell globali tad-Discus throw, jiġifieri l-għan tiegħi hu li nitfa’ ‘l fuq minn 60m f’din id-dixxiplina.

L-isport tiegħi jirrikjedi sagrifiċċju kbir u ħafna investiment ta’ ħin ‘il bogħod mill-familja – ħafna ħin għal strength and conditioning training, technical training mal-coach tieghi Genc Dapi u ċerti training camps speċifiċi ma’ coach Taljan ġewwa Ascoli li kien ħa sehem f’zewġ edizzjonijiet tal-Olimpjadi bl-isem ta’ Armando De Vincentis.”

“Jien naħdem l-isptar Mater Dei bħala technician fl-outpatients section neurophysiology department. Mhijiex faċli biex tikkordina x-xogħol mat-taħriġ imma b’time management tajjeb u ftit għajnuna jirnexxieli nagħmel dan. Issa ili erba’ snin naħdem l-isptar f’dan ir-rwol. Jien nemmen li biex titjieb u jkollok progressjoni tajba f’dan l-isport kollox jgħodd, inkluż it-tip ta’ ikel li tiekol, ma’ min tqatta’ ħinek, kif tqatta’ l-ħin liberu tiegħek u t-tul u l-kwalitá ta’ mistrieħ li jkollok.” 

“Dejjem nirringrazzja lin-nies u assoċjazzjonijiet li jemmnu fija u qed jissapportjawni bħall-Federazzjoni Nazzjonali tal-Atletika Maltija ‘Athletics Malta’ li f’dawn l-aħħar sentejn ħassejt li għamlet pass kbir ‘il quddiem fil-livell tal-atletika lokali. Ma ninsewx ukoll lil SportMalta u l-Kumitat Olimpiku Malti (MOC) kif ukoll l-club tal-atletika tiegħi ‘Pembroke Athleta Athletics & Triathlon’ (PAAT).”

Sport