Tuesday, December 24, 2024

“Qed noħolqu karrieri li jimmotivaw lill-ħaddiema jimxu ‘l quddiem”

Iffirmat ftehim kollettiv għall-impjegati tal-Aġenzija għas-Servizzi tal-Qrati

Brian Gatt
Brian Gatt
Ġurnalist

Aqra wkoll

“L-għan kien li apparti li nagħtu dinjita u kundizzjonijiet aħjar tax-xogħol għall-ħaddiema  tal-Qorti, noħolqu karrieri. M’għadx fadal lok li noħolqu biss impjiegi, iżda karrieri li jimmotivaw lill-ħaddiema biex ikomplu jimxu ‘l quddiem”. Iddikjara dan is-Segretarju Ġenerali tal-GWU Josef Bugeja fid-diskors tiegħu qabel l-iffirmar tal-ftehim kollettiv għall-impjegati tal-Aġenzija għas-Servizzi tal-Qrati.

Bugeja qal li kull ftehim kollettiv huwa suċċess bejn kulħadd u dak huwa sinjal ta’ djolagu soċjali b’saħħtu li hawn. Żied jgħid li dan huwa sinjal ukoll tal-kollaborazzjoni li hawn bejn it-trejdjunins u li bih kapaċi nwasslu dan il-messaġġ barra minn xtutna li trejdjunins kapaċi jaħdmu flimkien bħala sħab soċjali, flimkien mal-gvern u maċ-ċivil.

Is-Segretarju Ġenerali tal-GWU qal li s-sodisfazzjon huwa li tara l-implimentazzjoni u li minn xi ħaġa li qatt ma eżistiet, fis-snin li ġejjin jkun hawn aktar opportunitajiet biex jiżdiedu l-kundizzjonijiet u l-kwalità tal-ħaddiema.

Ekonomija

Sport