Bħalissa għaddej ix-xogħol bil-bini mill-ġdid ta’ Triq Għar Ħasan, f’Birżebbuġa. Qed jitpoġġew pajpijiet ġodda għall-provvista tal-ilma, katusi ġodda tad-drenaġġ u kif ukoll bankini ġodda qabel ma jsir wiċċ ġdid bl-asfalt.
Dan ħabbritu Infrastructure Malta fis-sigħat li għaddew.
Għaldaqstant, il-pubbliku hu mħeġġeġ biex jgħaddi minn toroq alternattivi fil-qrib.