Monday, December 9, 2024

Qed titħejja liġi ġdida dwar il-protezzjoni ta’ art agrikola

Aqra wkoll

Il-Gvern qed iħejji leġizlazzjoni ġdida biex jiżgura l-protezzjoni tal-art agrikola. “Biex nipprevjenu l-abbandun tal-art u nassiguraw li tintuża biss għal skopijiet agrikoli se niżguraw il-produzzjoni tal-ikel tagħna kif ukoll nagħmlu salvagwardji tat-territorju agrikolu għall-ġenerazzjonijiet futuri.”

Ħabbar dan il-Ministru għall-Agrikoltura, is-Sajd u d-Drittijiet tal-Annimali Anton Refalo waqt id-diskussjoni parlamentari b’rabta mal-estimi tal-Budget 2025 għal dan il-Ministeru. 

Fid-diskors tiegħu, il-Ministru Refalo ħabbar ukoll li s-sena d-dieħla se titwettaq miżura oħra li permezz ta’ proġett pilota, art agrikola tkun tista’ tiġi offruta għall-kiri lill-bdiewa ġenwini li jkunu jridu jkabbru l-operat tagħhom kif ukoll għall-bdiewa żgħażagħ u dan fuq il-kunċett ta’ prezz ġust u skont ir-regolamenti dwar il-valutazzjoni ta’ art agrikola u l-klassifikazzjoni tal-bdiewa.

“B’dan il-proġett se nkunu qed inħarsu lejn irziezet abbandunati jew li mhux qed jintuzaw sabiex ngħinu raħħala żgħar li jridu jidħlu fis-settur.

Flimkien ma’ stati membri oħra, sostna l-Ministru Anton Refalo, “irnexxielna nikkonvinċu lill-Kummissjoni Ewropea sabiex tieħu diversi miżuri fosthom l-estensjoni ta’ qafas temporanju għall-għajnuna mill-istati speċifikatament minħabba l-gwerra fl-Ukrajna”. 

“Permezz ta’ dawn il-miżuri, kontra ta’ dak li qal il-Kap tal-Oppożizzjoni fir-risposta għall-budget, il-Ministeru seta’ joħroġ u se jibqa’ joħroġ diversi skemi ta’ għajnuna finanzjarja biex jassisti lill-bdiewa, lir-raħħala u s-sajjieda sabiex dawn ikunu aktar reżiljenti biex jaffaċċjaw l-isfidi u kemm jista’ jkun ma jkollhomx għalfejn jgħollu l-prezzijiet tagħhom għall-konsumatur.”

Ekonomija

ĦALLI RISPOSTA

Jekk jogħġbok ikteb il-kumment tiegħek!
Jekk jogħġbok iktebismek hawn

Sport