Iċ-ċkejkna Emily li serqet is-simpatija ta’ ħafna Maltin u Għawdxin għad għandha bżonn it-talb tiegħek.
Ommha Vanessa Gatt filwaqt li kontinwament tirringrazzja lil dawk kollha li jinsabu magħha f’din il-ġlieda ta’ Emily, qiegħda tkompli tħeġġeġ aktar persuni jingħaqdu magħha fit-talb.
Fl-aħħar ħin hija kitbet li bdiet tħoss in-nuqqas tat-tbissima ta’ bintha u li ċertament se tkun l-aktar persuna kuntenta fid-dinja meta tasal il-ġurnata li terġa’ tħares lejha hi u titbissmilha mill-ġdid.
Intant illejla artisti lokali se jkunu qed jagħtu kunċert live b’solidarjetà ma’ Emily.