Saturday, December 21, 2024

“Qiegħed ħdejn bintek u issa tista’ tgħannaqha għall-ewwel darba”

Aqra wkoll

“Qiegħed fejn bintek u issa tista’ tgħannaqa għall-ewwel darba” hekk kitbet Gorgiana Camilleri li tiġi oħt il-mara ta’ Lorry Zerafa li miet ilbieraħ waqt li kien fil-fabbrika ta’ Magro Brothers fix-Xewkija Għawdex.

Gorgiana tikteb li l-bambin għandu anġlu ieħor fil-ġnien tiegħu. “Mhux se nisimgħek aktar tgħajatli ‘Aw Gorg’ u titfa’ tbissima fuq xuftejk…”

Oħt il-mara tal-vittma titlob lil Lorry biex jieħu ħsieb lil martu u lit-tifel mill-ġenna.

“Ħudu ħsiebna minn hemm fuq sakemm nergħu niltaqgħu,” temmet il-messaġġ Gorgiana Camilleri.

Intant Talk.mt jinsab informat li Lorry Zerafa ma kienx impjegat tal-kumpanija Magro Brothers, iżda hu impjegat ta’ kumpanija li tiġbor l-iskart f’Għawdex.

Fi stqarrija l-pulizija qalu li mill-investigazzjonijiet preliminari rriżulta li raġel ta’ 50 sena residenti n-Nadur kien għadu kemm niżel minn trakk (skip loader) li kien qed isuq. Għal xi raġuni t-trakk mexa lura, bilkonsegwenza li l-vittma nqabad bejn l-istess trakk u ħajt.

Fuq il-post issejjaħ tim mediku u membri mid-Dipartiment tal-Protezzjoni Ċivili sabiex jassistu, iżda sfortunatament ir-raġel kien iċċertifikat mejjet fuq il-post.

Il-Maġistrat tal-Għassa Dr Brigitte Sultana LL.D kienet infurmata bil-każ u ħatret Inkjesta, filwaqt li investigazzjonijiet tal-Pulizija u tal-Awtorità għas-Saħħa u s-Sigurtà Fuq il-Post tax-Xogħol għadhom għaddejjin.

Ekonomija

Sport