Friday, September 20, 2024

“Qiegħed iħares ‘il quddiem biex jirkupra u jirritorna biex iservi lis-soċjetà”

Aqra wkoll

Wara 63 ġurnata fl-Isptar Mater Dei il-Maġistrat Joe Mifsud se jkun qiegħed jirritorna lura lejn id-dar biex ikompli jirkupra. Mifsud qiegħed iħares ’il quddiem biex jirkupra u jirritorna biex iservi lis-soċjetà kif jitlob id-dover tiegħu.

Ħabbret dan martu Maria Mifsud filwaqt li rringrazzjat lil dawk kollha li kellhom sehem fil-kura li żewġha kien qiegħed jingaħta f’dawn l-aħħar ġimgħat.

Hija rringrazzjat ukoll lil dawk kollha li żaruh f’dawn il-ġimgħat u kienu ta’ sostenn għalih u anke dawk li baqgħu jikkomunikaw miegħu.

Mart il-Maġistrat temmet tirringrazzja lill-Prim Imħallef Mark Chetcuti li segwa mill-qrib l-iżviluppi ta’ saħħet Joe u għenu jikkonċentra biex jirkupra.

Sport