Sunday, November 24, 2024

‘Qisha belha’ bħal ommha… bint tagħmel disa’ ġimgħat ma tkellimx lil missierha u wara spiċċat għat-terapija

Victor Vella
Victor Vella
Ġurnalist

Aqra wkoll

Omm irrakkontat f’xhieda fil-qorti kif ir-relazzjoni ta’ bintha ma’ missierha marret għall-agħar u dan għax hi kienet ħaditha l-baħar u missierha kien beda jipprova jagħmel kuntatt mat-tifla bil-‘messenger’ iżda it-tifla ma kellhiex aċċess għall-internet il-baħar. Spjegat li kif waslu d-dar għall-ħabta tas-sagħtejn ta’ wara nofsinhar biex tilħaq tkun lesta sal-ħamsa, it-tifla baghtet lill-missierha, iżda hu kien weġibha li kien ilu ġurnata jibagħtilha. Kien qalilha li mhux sejjer għaliha. Dan wassal biex it-tifla kienet ħadet fastidju u missierha kien weġibha lura u qalilha li “qisha belha” bħal ommha. L-omm spjegat li wara dan l-episodju, it-tifla u l-missier kienu għamlu disa’  ġimgħat ma jitkellmux bit-tifla tispiċċa għat-terapja. Fix-xhieda qalet li hi saret taf li s-sieħba tal-missier kienet qed toġġezzjona għall-preżenza tat-tifal fid-dar fejn kien jgħix il-missier għax hi kienet qed tissepara u fil-fehma tagħha l-bint setgħet tkun ta’ spija. Minħabba dan il-missier ma kienx qed iniżżilha lejn familtu. 

L-omm xehdet li hi ltaqgħet mal-missier snin ilu iżda huma qatt ma żżewwġu  għax il-missier kien diġa miżżewweġ. Marru jgħixu flimkien u kellhom it-tifla. L-affarijiet kienu sejrin tajjeb għall-ewwel sentejn, iżda imbagħad l-affarijiet rregressaw wara argument. L-affarijiet baqgħu qatt ma tranġaw. 

L-omm spjegat li l-missier xtaq li l-aċċess għat-tifla ikun fil-weekend mill-Ġimgħa sal-Ħadd u peress li hija kienet marret tgħix in-naħa ta’ fuq ta’ Malta, hi kienet tniżżel lit-tifla sa lokal partikolari għall-aċċess biex tkun nofs triq għat-tnejn. 

Qalet li  meta waqfet taĦdem fil-catering u ma baqgħetx taħdem fil-weekends, kienet avżat lill-missier biex jinfurmaha f’każ li jkollu bżonn li jraqqad lit-tifla għand xi ħadd, u dan biex hi tkun taf ma’ min qiegħda. 

Qalet li darba minnhom, għalkemm il-missier  kien xogħol ħa lit-tifla mill-ġimgħa, hu kien xogħol dakinhar, u l-omm dehrilha li t-tifla setgħet raqdet magħha. L-omm qalet li tifla hi impjenata ħafna bil-futbol, u jkollha t-taħriġ ħamest ijiem fil-ġimgħa u jaslu lura d-dar mat-8  ta’ filgħaxija, filwaqt li l-missier ftit li xejn huwa ta’ għajnuna minn dan l-aspett.

L-omm qalet li  hi ma tersaqx lejn il-familja tal-missier. Rigward ir-rata tal-manteniment, l-omm spjegat li din kienet l-istess rata li l-missier kien jgħaddi għat-tifel tiegħu. Hi qalet li  mhix tlaħħaq speċjalment quddiem il-fatt li għandha ħafna ġiri bit-tifla minħabba t-training tal-futbal u kull sena it-tifla ssiefer mal-club tal-futbol. Qalet li apparti minnhekk xħin tasal mill-iskola peress li tieqaf l-uffiċċju fejn taħdem l-omm, ma jkollhiex ċans issajjar imma jkollha tixtrilha xi ħaġa minn ħanut qrib ix-xogħol tagħha. 

Il-missier xehed li iltaqgha mal-omm madwar tlettax-il sena ilu u kienu għamlu xi tnax-il sena jgħixu flimkien imma qatt ma żżewwġu.  Rigward il-manteniment qal li kien hemm qbil li hu jgħaddilha €60 filġimgħa apparti l-ispejjeż ta’ saħħa u edukazzjoni. Xehed li kienu għamlu xi sentejn iħaddmu dan l-arrangament, iżda kollox mar il-baħar kif hu beda relazzjoni ma’ persuna oħra. Qal li l-omm kienet riedet li jerġgħu jirranġaw iżda hu kien tilef il-fiduċja fiha peress li kienet temmet ir-relazzjoni tagħhom mingħajr raġuni valida. Kien għalhekk li l-omm baqgħet tagħmel il-bsaten fir-roti fir-relazzjoni il-ġdida tiegħu. Hu qal li  r-relazzjoni tiegħu mat-tifla marret il-bahar u dan peress li t-tifla ħaditha kontrih. Qal li maż-żmien, lit-tifla beda jerġa’ jaraha u qiegħed iċempilha kważi kuljum u ġieli jmur fejn tgħix u jagħmel nofs ta’ nhar magħha. Il-missier qal li hu jaħdem għal rasu u jagħmel xogħol ta’ kisi, tibjid, u gypsum u jiddikjara li huwa jipperċepixxi bejn €13,000 u €15,000 fis-sena u dan minħabba li hawn hafna barranin bi prezzijiet iktar kompetitivi u għalhekk qiegħed jaqla ħafna inqas. 

Il-Qorti rat li l-akbar spejjeż għat-tifla huma dawk relatati mal-edukazzjoni tal-minuri, inkluż il-lezzjonijiet tal-privat u l-attivitajiet extra-kurrikulari tat-tifla peress li din qieghda involuta bil-kbir fil-futbol u dan iġib miegħu spejjeż konsiderevoli ta’ football kits, slippers, tournaments u anke safar fost diversi affarijiet oħra. 

Il-Qorti qalet li hi tal-fehma li l-manteniment għand jiżdied minn €240 fix-xahar  għal €260 kull xahar, u dan biex din iż-żieda tkopri l-għoli tal-ħajja mis-sena 2018. Il-Qorti tordna li l-manteniment għandu jibqa’ jogħlha skond l-indiċi tal-għoli tal-ħajja. 

Sport