Qormi Daikin komplew fit-triq tal-konsistenza f’dan il-bidu tal-istaġun meta ddominaw il-konfront tagħhom miċ-Challenge Cup tal-Hockey tant li rebħu 10-0 lil White Hart.
It-tim immexxi minn Andre Ghio kien dominanti tul il-logħba kollha b’White Hart li ppruvaw jiddefendu kif setgħu.
Luke Bajada, li għadu kif ġie ppremjat bħala l-plejer tas-sena għall-istaġun li għadda, kien awtur ta’ tripletta filwaqt li Luke Bajada, Steve Tanti u Kyle Micallef kienu awturi ta’ doppjetta personali. Keith Calleja, Tommy Kok u Ayrton Falzon għaqqdu l-iskor għall-Qriema.
Fil-klassifika, GREE Żurrieq Wolves Hotsticks u Qormi Daikin għandhom żewġ punti filwaqt li Floriana Young Stars u White Hart m’għandhom l-ebda punt.

