Qormi Daikin kisbu l-ewwel żewġ rebħiet fl-ewwel round tal-Hockey 5s li ntlagħab fil-Kumpless tal-Hockey f’Kordin.
Il-Qriema, immexxija minn Andre Ghio, għelbu lil Floriana Young Stars 4-3 u White Hart 7-1 f’logħbiet li huma amministraw mill-bidu sal-aħħar.
It-tieni round tal-Hockey 5s jintlagħab nhar il-Ħadd 15 ta’ Marzu. Din hi t-tieni edizzjoni ta’ dan it-turnew li sar ferm popolari. Riċentement l-Assoċjazzjoni Maltija tal-Hockey xtrat apparat li bih ikun jista’ jintlagħab dan il-logħob.
Sadanittant, f’aktar riżultati li kellna fil-Hockey 7s, Qormi Daikin u GREE Żurrieq Wolves Hotsticks spiċċaw fi draw ta’ 2-2.
Giorgio Muscat u Neil Spiteri Montebello skorjaw għal Qormi Daikin filwaqt li Jayden Cutajar u Kieran Borg irrispondew għal Żurrieq.
Umpires kienu Karl Chircop u Silvio Peralta.
Finalment mill-kampjonat ta’ taħt it-12-il sena, Marsaskala Heat għelbu lil GREE Żurrieq Wolves Hotsticks.
Umpires kienu Oscar Toledano u Silvio Peralta.

