Tuesday, June 10, 2025

Qormi Daikin jinkurunaw staġun memorabbli bir-rebħ tal-Euro Hockey 3

Aqra wkoll

Ġurnata memorabbli għall-hockey Malti hekk kif Qormi Daikin rebħu Euro Hockey Challenge 3 wara rebħa drammatika bil-penalty shoot-out kontra HK Lipovci tas-Slovenja. Kienet logħba bilanċjata u inċerta sal-aħħar bis-Sloveni li marru fil-vantaġġ fit-tielet quarter iżda bil-Qriema li baqgħu konċentrati tant li ġabu l-iskor indaqs.

Bil-logħba li kellu jkollha rebbieħ, ingħataw il-penalty shoot-out b’Qormi li kienu aktar preċiżi hekk kif rebħu 3-2.

Kien hemm ferħ bla limitu mill-plejers u diriġenti ta’ Qormi speċjalment mal-preżentazzjoni tat-tazza. Huma inkurunaw staġun eċċezzjonali fejn rebħu kull tazza f’Malta u issa żiedu unur ieħor internazzjonali.

Mill-banda l-oħra, Floriana Young Stars waslu għall-finali tal-Euro Hockey 2 għalkemm tilfu 5-2 kontra Siauliai Ginstrekte Akademija li min-naħa tagħhom kienu qed jilagħbu f’darhom.

Protagonista għal-Litwani kien Povilas Sinkevicius li skorja l-ħames gowls għalihom bi Floriana li naqqsu l-iskor minn Ali Rizwan u Luke Borg Costanzi.

Minkejja t-telfa, Floriana klassifikaw fit-tielet post tal-kompetizzjoni minn tmien timijiet u għalhekk taw garanzija li Malta jkolli tim li se jilgħab fil-Euro Hockey 1.

ĦALLI RISPOSTA

Jekk jogħġbok ikteb il-kumment tiegħek!
Jekk jogħġbok iktebismek hawn

Sport