Monday, December 1, 2025

Qormi Daikin jirbħu ċ-Challenge Cup tal-Hockey

Aqra wkoll

Qormi Daikin kisbu t-tieni unur tal-istaġun hekk kif rebħu ċ-Challenge Cup tal-Hockey wara li għelbu lil Floriana Young Stars 2-0.

Il-Qriema, li aktar qabel rebħu wkoll is-Super Cup, skorjaw żewġ gowls fl-ewwel żewġ quarters sabiex aċċertaw ir-rebħa minn kmieni.

Tommy Kok u Luke Bajada skorjaw il-gowls tar-rebbieħa.

Minkejja l-pressjoni ta’ Floriana speċjalment fir-raba’ quarter, id-difiża ta’ Qormi Daikin żammet sod sabiex ħarġu bir-rebħ ta’ din il-kompetizzjoni.

Fi tmiem il-konfront, il-president tal-Hockey Association of Malta David Agius ippreżenta t-tazza lill-plejer ta’ Qormi Juan Sarcia.

Umpires kienu Alessandro Amore u Silvio Peralta.

Sadanittant f’logħba mill-Hockey 7s, GREE Żurrieq Wolves Hotsticks għelbu lil Floriana Young Stars 3-1.

Jayden Cutajar kien l-eroj għaż-Żrieraq meta skorja tliet gowls filwaqt li Sofia Nesca skorjat għal Floriana.

Umpires kienu Dario Cacopardo u Silvio Peralta.

Finalment f’logħba mill-kampjonat ta’ taħt l-14-il sena, Marsaskala Heat u Qormi Daikin spiċċaw fi draw ta’ 3-3.

Saviour Grech, Liam Carabott u Braylon Gatt Gellel skorjaw għall-Iskalin filwaqt li doppjetta ta’ Sam Cassar u gowl ieħor ta’ Zain Lee Carabott sabu x-xibka għal Qormi.

Umpires kienu Alessandro Amore u Silvio Peralta.

Floriana A rebħu lil Floriana B 6-0.

Michele Galea Fava u Levi Borg Borda skorjaw doppjetta kull wieħed filwaqt li Matteo Vella Chetcuti u Alec Borg Cesario żiedu aktar gowls għat-tim A.

Umpires kienu Kyran Carabott u Oscar Toledano.

ĦALLI RISPOSTA

Jekk jogħġbok ikteb il-kumment tiegħek!
Jekk jogħġbok iktebismek hawn

Sport