Tuesday, April 1, 2025

Qormi Daikin jirbħu l-kampjonat tal-Hockey 7s

Aqra wkoll

Qormi Daikin komplew jirbħu aktar unuri fil-hockey lokali meta kisbu suċċess fil-Hockey 7s. Ir-rebħa ta’ 8-4 li huma kisbu kontra White Hart tathom iċ-ċertezza matematika li se jkunu huma li se jgħollu din it-tazza.

Dan is-suċċess ikompli ma’ unuri oħra li rebħu l-Qriema matul dan l-istaġun wara l-Hockey 5s, is-Super Cup u ċ-Challenge Cup.

Il-Qriema kienu tajbin tul din il-partita fejn Giorgio Muscat u Nicole Zammit skorjaw doppjetta kull wieħeed filwaqt li Neil Spiteri Montebello, John Williams, Bir Sandhu u Wyatt Magri kienu fost l-iskorers għat-tim tagħhom.

Għal White Hart, Alessandro Piscopo skorja doppjetta filwaqt li Jerome Carabott u Andrew Foster żiedu aktar gowls.

Umpires kienu Karl Chircop u Dario Cacopardo.

F’partita oħra, GREE Żurrieq Wolves Hotsticks għelbu lil Rabat 6-2.

Stefano Schembri u Jayden Cutajar skorjaw żewġ gowls filwaqt li David Vella Dingli u Kieran Borg wkoll niżżlu isimhom fost l-iskorers.

Kevin Micallef u Bradley Micallef skorjaw il-gowls ta’ Rabat.

Umpires kienu Oscar Toledano u Karl Chircop.

F’logħba mill-kampjonat nazzjonali, GREE Żurrieq Wolves Hotsticks u Floriana Young Stars spiċċaw fi draw ta’ 4-4.

Leon Gatt, Mark Camilleri, Clive Williams u Chris Bonello skorjaw għal Floriana filwaqt li Ben Johnston skorja doppjetta għaż-Żrieraq b’Silas Plaehn and Lukas Plaehn li jsibu x-xibka għal Żurrieq.

Umpires kienu Keith Calleja u John Williams.

Mill-kampjonat ta’ taħt it-12-il sena, Marsaskala Heat rebħu 13-2 lil GREE Żurrieq Wolves Hotsticks.

ĦALLI RISPOSTA

Jekk jogħġbok ikteb il-kumment tiegħek!
Jekk jogħġbok iktebismek hawn

Sport