Tuesday, March 24, 2026

Qormi Daikin jirbħu l-Kampjonat tal-Hockey għas-17-il darba

Aqra wkoll

Qormi Daikin rebħu l-kampjonat nazzjonali tal-Hockey għas-17-il darba fl-istorja tagħhom wara li għelbu lil GREE Żurrieq Wolves Hotsticks 7-4.

It-tim immexxi minn Andre Ghio kien jonqsu punt biex matematikament jagħmel ċert li jżomm it-titlu iżda rnexxielu jikseb tnejn wara wirja ferm konvinċenti.

Tommy Kok skorja tliet gowls għall-Qriema, Nathan Pace Gasan kien awtur ta’ doppjetta filwaqt li Kyle Micallef u Julian Zahra żiedu aktar gowls għat-tim tagħhom.

Għal Żurrieq, Christ Agius skorja doppjetta filwaqt li Nicky Runza u Stefano Schembri naqqsu l-marġni tal-iskor.

Fi tmiem il-konfront setgħu jibdew iċ-ċelebrazzjonijiet tal-plejers, diriġenti u partitarji numerużi ta’ Qormi. Dawn tal-aħħar issa jridu jilagħbu l-aħħar żewġ partiti tal-kampjonat kontra Floriana u White Hart qabel ma jiġu ppreżentati bit-tazza.

Umpires kienu Karl Chircop u James Mizzi.

F’logħba oħra li kellna minn dan il-kampjonat, Floriana Young Stars għelbu lil White Hart 5-0.

Deemer Rapinett, Karl Chircop, Marvin Vella, Joe Ellul Turner, Justin Farrugia u Anton Saliba skorjaw il-gowls l-aktar importanti għall-Greens.

Umpires kienu Alessandro Amore u Keith Calleja.

ĦALLI RISPOSTA

Jekk jogħġbok ikteb il-kumment tiegħek!
Jekk jogħġbok iktebismek hawn

Sport