Qormi Daikin kisbu post fil-finali tal-kompetizzjoni KO tal-hockey meta f’semifinali missielta huma għelbu lil Floriana Young Stars 4-2.
Wara li kienu qed jirbħu 2-0 sa tmiem l-ewwel quarter, il-Qriema sofrew gowl fit-tieni quarter sabiex Floriana daħlu fil-logħba.
Minkejja kollox, il-Qriema baqgħu konċentrati fejn skorjaw żewġ gowls oħra bil-Greens li reġgħu naqqsu l-iskor għalkemm xorta waħda ġew eliminati.
Luke Bajada skorja doppjetta għal Qormi b’Ayrton Falzon u Steve Tanti li żiedu iktar gowls għat-tim tagħhom.
Thimo Van Hoort u Ali Rizwan skorjaw għall-Greens.
B’hekk Qormi issa se jilagħbu l-finali tal-kompetizzjoni KO kontra GREE Żurrieq Wolves Hotsticks bil-logħba li se tintlagħab fil-Kumpless tal-Hockey f’Kordin u tibda fis-6pm.
Floriana : Marvin Grixti, Mark Camilleri, Luke Borg Costanzi, Nathan Zammit, Clive Williams, Alex Kirton, Thimo Van Hoort, Paul Willem Victor, Ali Rizwan, Karl Chircop, Leon Gatt, Andrea Curmi, Anton Saliba, Justin Farrugia, Jean Paul Sapiano.
Qormi Daikin: Shamison Mifsud, Axel Cauchi, Shawn Dimech, Nathan Pace Gasan, Joseph Cuschieri, Clayton Gatt, Luke Bajada, Ayrton Falzon, Steve Tanti, Aaron Spiteri, Julian Zahra, Singh Sandhu, Keith Calleja, Kyle Micallef, Iker Francalanza, Neil Spiteri Montebello, Luca Fsadni.
Umpires kienu Alessandro Amore u Paul Brincat.