Qormi Daikin rebħu s-Super Cup tal-Hockey meta għelbu lil GREE Żurrieq Wolves Hotsticks 9-1.
Kif jindika l-iskor, il-Qriema ddominaw mill-bidu sal-aħħar dan il-konfront tant li sa tmiem l-ewwel żewġ quarters huma kienu 7-0 minn fuq.
It-tielet u l-aħħar quarter kienu ta’ formalita’ għat-tim immexxi minn Andre Ghio li skorja żewġ gowls oħra biż-Żrieraq li naqqsu l-marġni tal-iskor.
Luke Bajada kien l-istilla ta’ Qormi hekk kif skorja hat-trick filwaqt li Juan Sarcia, Shawn Dimech, Julian Zahra, Keith Calleja, Neil Spiteri Montebello, u l-akkwist il-ġdid Tommy Kok żiedu aktar gowls għat-tim tagħhom.
Angel Lupu skorja l-uniku gowl għal GREE Żurrieq Wolves Hotsticks.
Qormi Daikin – Shamison Mifsud, Axel Cauchi, Shawn Dimech, Nathan Pace Gasan, Joseph Cuschieri, Luke Bajada, Ayrton Falzon, Stephen Tanti (C), Juan Sargia (VC), Julian Zahra, John Henry Williams, Keith Calleja, Kyle Micallef, Tommy Kok, Giorgio Muscat, Neil Spiteri Montebello, Luca Fsadi.
Coach: Andre Ghio.
Team Manager: Justine Pace Gasan.
GREE Żurrieq Wolves Hotsticks Hockey Club- Aaron Spiteri, Alessandro Amore (C), Alessandro Piscopo, Angel Lupu, Carmine Francese, Charlio Sammut, Daniel Ellul, Jayden Cutajar, Keith Sciurba, Kieran Borg, Kyron Carabott, Lukas Plaehn (VC), Niki Runza, Ryan George, Stefano Schembri, Thomas Attard, Xylon Cassar, Yan Camilleri.
Coach: Andrei Imbroll.
Team Manager: Steve Portelli.
Umpires kienu Karl Chircop u Dario Cacopardo.