Qormi Daikin jinsabu punt biss bogħod milli jiġu kkonfermati bħala champions tal-hockey lokali hekk kif għelbu lil Floriana Young Stars 5-0.
It-tim immexxi minn Andre Ghio kien dominanti mill-bidu sal-aħħar sabiex ħadu l-punti massimi minn din il-partita u resqu ferm qrib li jirbħu t-titlu.
Il-plejer żagħżugħ Giorgio Muscat skorja doppjetta filwaqt li Steve Tanti, Luke Bajada u Keith Bajada skorjaw il-gowls l-oħra għat-tim tagħhom.
Il-Ħadd li ġej, Qormi jilagħbu kontra GREE Żurrieq Wolves Hotsticks u wara din fadlilhom jiltaqgħu għal darb’oħra kontra Floriana u anke White Hart.
Sadanittant il-klassifika attwali tal-Kampjonat Nazzjonali tal-Hockey tara lil Qormi Daikin fl-ewwel post bi 12-il punt, GREE Żurrieq Wolves Hotsticks b’seba’ punti, Floriana Young Stars b’ħamsa u White Hart li għadhom qed ifittxu l-ewwel punt tagħhom.

