Saturday, June 7, 2025

Qormi Daikin u Floriana Young Stars joħorġu bir-rebħ fil-EuroHockey Challenge

Aqra wkoll

Qormi Daikin u Floriana Young Stars kollha ħarġu bir-rebħ fl-ewwel konfront uffiċjali tagħhom fil-Euro Hockey Challenge Cup.

Fil-Litwanja, iċ-champions tal-istaġun li għadda Floriana għelbu lil Roslagens tal-Iżvezja 3-1.

Wara skor ta’ 0-0 fl-ewwel quarter, il-Greens ħarġu tajjeb fit-tieni u t-tielet quarter tant li skorjaw darbtejn. Huma komplew iżidu l-vantaġġ u kien biss lejn l-aħħar li Roslagens skorjaw il-gowl ta’ konsolazzjoni.

Justin Farrugia, Anton Saliba u Marvin Vella skorjaw il-gowls ta’ Floriana b’Roslagens li naqqsu l-iskor minn Leo Torner.

Floriana lagħbu b’din il-formazzjoni:

Marvin Grixti, Leon Gatt, Mark Camilleri, Alexander Kirton, Andrea Curmi, Justin Farrugia, Anton Saliba, Marvin Vella, Ali Rizwan, Clive Williams, Luke Borg Costanzi, Karl Chircop, Thimo Van ‘t Hooft, Paul Verburg, Bas Van Der Horst, Nanko Cornelissen

Mill-banda l-oħra, iċ-champions preżenti Qormi Daikin rebħu l-logħba inawgurali kontra Hockey Team 85 tal-Finlandja 3-0.

It-tim immexxi minn Andre Ghio skorja gowl f’kull quarter sabiex kiseb l-ewwel punti tiegħu.

Doppjetta ta’ Juan Sarcia u Shawn Dimech taw il-kontribut tagħhom għal dan is-suċċess.

Qormi lagħbu b’din il-formazzjoni:

Shamison Mifsud, Axel Cauchi, Shawn Dimech, Nathan Pace Gasan, Joseph Cuschieri, Clayton Gatt, Zachary De Giovanni, Ayrton Falzon, Steve Tanti, Keith Bajada, Aaron Spiteri, Juan Sarcia, Julian Zahra, Keith Calleja, Giorgio Muscat, Neil Spiteri

ĦALLI RISPOSTA

Jekk jogħġbok ikteb il-kumment tiegħek!
Jekk jogħġbok iktebismek hawn

Sport