Monday, December 23, 2024

Qorti Amerikana tordna l-ħelsien ta’ aktar minn mitt tifel u tifla miżmuma f’detenzjoni

Aqra wkoll

Qorti Amerikana ordnat li aktar minn 100 tifel u tifla li qegħdin jinżammu mal-ġenituri tagħhom f’ħabsijiet tal-immigranti jiġu meħlusin, filwaqt li attakkat lill-amministrazzjoni ta’ Donald Trump talli qed iżomm lil dawn il-familji f’detenzjoni twila waqt il-pandemija tal-Coronavirus. 

L-ordni tal-Maġistrat tad-Distrett Dolly Gee tapplika għal dawk it-tfal li nżammu għal aktar minn 20 ġurnata fi tliet ċentri ta’ detenzjoni għall-familji f’Texas u Pennsylvania u li huma operati mill-Immigration and Customs Enforcement tal-Istat Uniti. Uħud minn dawn it-tfal ilhom f’detenzjoni mis-sena li għaddiet. 

Filwaqt li semmiet li f’xi wħud minn dawn il-faċilitajiet hemm il-virus, il-Maġistrat tat ċans saż-17 ta’ Lulju biex dawn it-tfal jew jiġu meħlusin flimkien mal-ġenituri tagħhom, jew inkella jintbagħtu ma’ familji li lesti jisponsorjawhom. 

Din id-deċiżjoni ttieħdet wara li Trump ikkanċella tmiem il-ġimgħa fir-resort tal-golf hekk kif qal li se jibqa’ f’Washinton biex jiżgura li l-liġi u l-ordni jiġu inforzati. Hu saħaq li l-anarkisti, l-aġitaturi u dawk li qed jagħmlu l-ħsarat twaqqfu fil-parti l-kbira tagħhom u se ssir ġustizzja magħhom.

Ekonomija

Sport